Embassy of Malta in the Russian Federation

Embassy of Malta in the Russian Federation The Embassy of the Republic of Malta to the Russian Federation

07/04/2026

The Directorate for Lifelong Learning and Employability with the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation, in collaboration with the Ministry for Foreign Affairs and Tourism, are pleased to invite Maltese persons living abroad to participate in courses in Maltese as a foreign language. Please refer to the attached circular for further information.

30/04/2024
28/03/2024

The Malta Council for Science and Technology with the support of Affarijiet Barranin is organising a webinar that will introduce Malta’s National Research and Innovation Strategic Plan 2023 – 2027. The Strategic Plan seeks to act as a flagship strategy for Maltese research and development, instituting a series of reforms and initiatives built on the recommendations put forward by the European Commission’s PSF Peer Review.

If interested, please sign up by filling the following Google form: https://forms.gle/DdzSpuBMbWt5eeoD8. You will then receive a link to the seminar.

25/12/2023
25/12/2023
🇲🇹 Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Onor. Ian Borg għall-Maltin li jgħixu barraDiċem...
22/12/2023

🇲🇹 Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Onor. Ian Borg għall-Maltin li jgħixu barra
Diċembru 2023

Din l-aħħar sena kienet waħda ttimbrata minn numru ta’ sfidi globali kbar u kumplessi. B’hekk irridu nirrikonoxxu li fi żminijiet bħal dawn, huwa importanti li l-komunità globali tingħaqad wara messaġġ ewlieni ta’ favur il-paċi, s-sigurtà u s-solidarjetà internazzjonali.

Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kunflitt li għaddej bejn l-Iżrael u l-grupp tal-Ħamas biddlu x-xenarju tad-dinja. L-għajta ta' appoġġ għal dawk li qed jiġu milquta, fosthom dawk li qegħdin jaffaċċjaw inġustizzja, u kif ukoll n-numru ta’ rġiel, nisa u tfal li ħajjithom ġiet affettwata mill-konsegwenzi tal-gwerra, huma l-istampi li sawru s-sena elfejn u tlieta u għoxrin.

Il-kisba kbira li wettaqna f’din l-aħħar sena, bħala membri mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda, hija xhieda tad-dedikazzjoni ta’ pajjiżna biex nippromwovu l-ġustizzja, l-ugwaljanza u d-diplomazija fuq livell globali. Minkejja ċ-ċokon ta’ dan il-pajjiż, Malta irnexillha tkun fuq quddiem fid-diskussjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet internazzjonali. Is-Sena elfejn u tlieta u
għoxrin, għalhekk, kienet sena fejn stajna nagħmlu impatt sinifikanti, aktar minn qatt qabel.

Quddiem dawn il-kwistjonijiet, bqajna ddeterminati sabiex inżommu l-impenn tagħna favur il-paċi u l-istabilità internazzjonali. Din il-pożizzjoni tħallina nikkontribwixxu b’mod attiv fid-diskors u r-riżoluzzjonijiet li jindirizzaw dawn il-kunflitti, naħdmu favur is-soluzzjonijiet diplomatiċi li jirrispettaw id-drittijiet u l-aspirazzjonjiet tal-partijiet involuti.

Filwaqt li nirrikonoxxu l-isfidi li taffaċċja l-komunità globali, huwa kruċjali li nenfasizzaw is-sinifikat tad-dijaspora Maltija. Qegħdin naħdmu lejn il-kunċett ta’ Malta Globali, fejn Malta teżisti mhux biss bħala pajjiż fiżiku ristrett għal-arċipelagu tagħna, imma li Malta tkun interpretata bħala identità li teżisti kull fejn jinsabu l-Maltin.

Il-preżenza tagħkom bħala simboli tal-identità Maltija madwar id-dinja għandha rwol kruċjali biex inrawwmu il-paċi u rieda tajba. Ħafna Maltin madwar id-dinja urew bil-provi dan l-irwol. Għalhekk, sew jekk fil-kontribuzzjoni lejn il-kawżi umanitarji, fil-ġlied favur il-paċi jew anki billi komplejtu żommu r-rabtiet
b’saħħithom ma’ art twelidkom, inthom bħala dijaspora Maltija, iżżommu post uniku u essenzjali fl-identità globali tagħna. B’hekk, ma nistgħux ma nirrikonnoxxux u nuru l-apprezzament tagħna għax-xogħol tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra, li kelli pjaċir niltaqa’ hawn Malta f’Settembru li għadda, fejn il-ħidma tiegħu jiżgura rappreżentanza tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-komunitajiet li tirrappreżenta u lil hinn minnha. Iżda nixtieq nestendi dan l-awgurju anki lill-assoċjazzjonijiet u komunitajiet oħra tal-Maltin madwar id-dinja għax-xogħol imprezzabbli li qegħdin tagħmlu fost il-Maltin.

Hekk kif se nibdew dawn iż-żminijiet ta’ festi, ma ninsewx dawk kollha affettwati minn kunflitti, diżastri naturali u l-effetti tat-tibdil fil-klima madwar id-dinja. Nispera li l-ispirtu tal-Milied jinspira t-tama għall-paċi u r-rikonċiliazzjoni. Minkejja d-distanzi fiżiċi li jifirduna, l-identità komuni tagħna bħala individwi Maltin tgħaqqadna b’mod uniku u profond.

Biex nagħlaq, nixtieq nestendi x-xewqat sbieh lil kull wieħed u waħda minnkom għal Milied hieni mimli tama, imħabba u paċi. Nispera illi s-sena li ġejja tkun waħda ta’ suċċess, prosperita’ u għaqda kontinwa għad-dijaspora Maltija. Nirringrazzjakom u nawguralkom Is-Sena t-Tajba.

🇬🇧 Christmas greetings message by Hon. Ian Borg for the Maltese living abroad.
December 2023

The past year has been stamped by a number of major and complex global challenges. We must therefore recognise that in times like these, it is important that the global community unites behind a key message in favour of international peace, security and solidarity.

Russia's war of aggression against Ukraine and the ongoing conflict between Israel and the Hamas group have changed the world landscape. The cry of support for those being affected, including those facing injustice, as well as the number of men, women and children whose lives have been affected by the consequences of the war, are the images that shaped the year two thousand and twenty-three.

Our great achievement in the past year, as non-permanent members of the United Nations Security Council, is a testament to our country's dedication to promoting justice, equality and diplomacy globally. Despite the small size of this country, Malta has managed to be at the forefront of the discussion of these

international issues. The Year two thousand and twenty-three, therefore, was a year where we were able to make a significant impact, more than ever.

In the midst of these pressing issues, we have remained determined to maintain our commitment to international peace and stability. This position allows us to actively contribute to the discourse and resolutions addressing these conflicts, working towards diplomatic solutions that respect the rights and aspirations of the parties involved.

Recognising the challenges faced by the global community, it is crucial to highlight the significance of the Maltese diaspora. We are working towards the concept of Global Malta, where Malta exists not only as a physical country restricted to our archipelago, but that Malta would be interpreted as an identity that exists wherever the Maltese are.

Your presence as symbols of the Maltese identity around the world plays a crucial role in fostering peace and goodwill. Many Maltese people around the world have proven this role. Therefore, whether in contributing to humanitarian causes, fighting for peace or continuing to maintain strong ties with your

homeland, you as a Maltese diaspora, hold a unique and essential place in our global identity. Therefore, we cannot but not to recognise and express our appreciation for the work of the Council of Maltese Living Abroad, which I was pleased to meet here in Malta last September, where its work ensures representation of the issues concerning the communities it represents and beyond. But I would also like to extend this augur to the associations and other communities of the Maltese around the world for their invaluable work they are doing among the Maltese.

As we begin these festive season, let us not forget all those affected by conflicts, natural disasters and the effects of climate change around the world. I hope that the spirit of Christmas inspires hope for peace and reconciliation. Despite the physical distances that divide us, our common identity as Maltese individuals unites us in a unique and profound way.

To conclude, I would like to extend my heartfelt wishes to each and every one of you for a Merry Christmas full of hope, love and peace. I hope that the coming year will be one of success, prosperity, and continued unity for the Maltese diaspora. I thank you and may you have a Happy New Year.

🇲🇹 Messaġġ ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Prim Ministru Robert Abela għall-Maltin li jgħixu barraDiċem...
22/12/2023

🇲🇹 Messaġġ ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Prim Ministru Robert Abela għall-Maltin li jgħixu barra
Diċembru 2023

Hekk kif qed ningħaqdu flimken għal dan iż-żmien sabiħ tas-sena, Lydia, Giorgia-Mae u jien nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Maltin li jinsabu barra minn xtutna. F’din l-okkażjoni, ningħaqdu flimkien fl-ispirtu tal-Milied, u minkejja l-fruntieri li hemm bejnietna ningħaqdu xorta waħda bħala poplu wieħed. Pajjiż li jestendi ferm lil hinn minn xtutu, fl-identità ta’ dawk kollha li jħossu rabta ma’ Malta.

Hekk kif inħarsu lura lejn is-sena li għaddiet, infakkru r-reżiljenza u s-saħħa li jiddefinuna bħala poplu. Din is-sena kienet sena ta’ sfidi għad-dinja kollha iżda pajjiżna baqa’ b’saħħtu u kompla jimxi ’l quddiem. Komplejna nwieżnu u nsostnu l-familji u fuq kollox inġibu bidliet favur Malta ġusta. Kienet sena ta’ kunflitti iżda pajjiżna kien vuċi b’saħħitha u kredibbli favur il-paċi u d-djalogu. Pajjiżna stabbilixxa ruħu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u laqa’ f’pajjiżu ankè taħdidiet ta’ paċi fl-Ukrajna u laqgħa ta’ djalogu bejn potenzi kbar fid-dinja, l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Fl-istess waqt, pajjiżna ġie elett biex jippresjedi l-ikbar organizzazzjoni tas-sigurtà fid-dinja, l-OSCE.

L-identità unika Maltija tnissel sens ta’ kburija li tmur lil hinn mill-fruntieri ġeografiċi. Ghalhekk aktar minn qatt qabel inħossni kburi meta nara lid-dijaspora Maltija żżomm it-tradizzjonijiet tagħna u tgħaddi l-wirt kulturali tagħna lill-ġenerazzjoni li jmiss. Il-Milied huwa żmien speċjali biex ngħożżu dawn ir-rabtiet. Din il-festa għandha sinifikat b’saħħtu għal pajjiżna, festa li għandha tradizzjonjiet li huma parti integrali tas-soċjetà Maltija. Il-ħin flimkien mal-familja biex niċċelebraw u nuru apprezzament lejn il-valuri tal-għaqda, l-imħabba, ir-rispett u l-gratitudni huma parti essenzjali tat-tradizzjoni tal-Milied.

Dawn il-valuri huma mħaddna mill-komunitajiet Maltin huma fejn huma. Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn il-komunitajiet Maltin mifruxa madwar id-dinja. Id-dedikazzjoni tagħkom sabiex tippreservaw it-tradizzjonijiet, il-lingwa Maltija u l-valuri Maltin hija tassew ta’ min ifaħħarha. Sewwa jekk tkunu qed tiċċelebraw fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti, fir-Renju Unit, jew f’kull rokna oħra tad-dinja, l-impenn tagħkom biex iżżommu l-valuri Maltin ħajjin huwa dak li jagħmel id-dijaspora tagħna daqshekk vibranti u msaħħa. Huwa grazzi għad-dedikazzjoni tagħkom, permezz tan-numru kbir ta’ assoċjazzjonjiet, għaqdiet, kif ukoll il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra, li d-dijaspora Maltija tkompli tiffjorixxi.

Dan huwa żmien ta’ għaqda, biex naqsmu l-imħabba u l-ferh, u biex noffru l-għajnuna għal dawk fil-bżonn. Ejjew niftakru fl-ispirtu veru tal-Milied u nżommu dan l-ispirtu magħna matul is-sena li ġejja. Matul dan l-istaġun tal-festi, inħeġġiġkom sabiex tingħaqdu mal-Maltin li jgħixu fil-komunitajiet tagħkom. Id-dijaspora tagħna m’hijiex biss kollezzjoni ta’ individwi, hija komunità magħquda li turi biċ-ċar ir-rabtiet dejjiema tas-solidarjetà Maltija. Minn qalbi nawguralkom Milied hieni u sena ġdida mimlija riżq.

🇬🇧 Christmas greetings message by Prime Minister Robert Abela for the Maltese living abroad
December 2023

As we come together to celebrate this special time of the year, Lydia, Giorgia-Mae and I would like to extend our warmest greetings and heartfelt wishes to all the Maltese nationals living overseas. On this occasion, we come together in the spirit of Christmas, unity and shared identity, despite the distances between us.

Looking back on 2023, we once again see the resilience and strength that define us as a people. In the face of global challenges, our nation persevered and emerged stronger and more resilient. We remained committed to progressing as a country, whilst steadfastly supporting our families and implementing reforms for a fair and just Malta. Malta taking its seat on the United Nations Security Council was a key highlight: it altered our presence on the world stage and bolstered our voice on shared issues and priorities. Moreover, we actively facilitated peace talks on the war in Ukraine as we also played a pivotal role in fostering diplomatic relations by hosting two global powers - the United States and China. Furthermore, our successful election to preside over the largest security organisation in the world, the OSCE, reflects further our commitment to international stability and cooperation.

Malta’s unique identity instils a sense of pride that extends beyond geographical borders. I am truly proud to see Maltese diaspora around the world maintaining our traditions, passing on our cultural heritage from generation to generation, and creating a strong link with their adopted homes. Christmas is a special time to cherish these connections and appreciate the diversity that enriches our global Maltese family. Christmas has a deep meaning to our nation, and our traditions are a testament to its importance to our society. Coming together with family to celebrate and cherish the values of love, respect and gratitude are fundamental to the Christmas tradition, and are an essential part of Maltese values.

These values are endorsed by all Maltese communities no matter where they may be, and for this, I want to express my gratitude to the Maltese communities around the world. Your dedication to preserving our customs, language, and values is truly commendable. Whether you are celebrating in Australia, Canada, the United States, the United Kingdom, or any other corner of the globe, your commitment to keeping the Maltese values alive is what makes our diaspora so vibrant and strong. It is through your dedication, such as the multiple associations and organisations - including the Council for the Maltese Living Abroad, that the Maltese diaspora continues to flourish.

This season is a time to come together, to share love and joy, and to extend a helping hand to those in need. Let us remember the true spirit of Christmas and carry it with us throughout the year ahead. During this festive season, I encourage you to connect with fellow Maltese in your communities. Our diaspora is not just a gathering of individuals: it is a tight knit community that reflects the enduring bonds of Maltese solidarity. I take this opportunity to wish you all a Merry Christmas and a Prosperous New Year.

🇲🇹 Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-E.T George W Vella għall-Maltin li jgħixu barraD...
22/12/2023

🇲🇹 Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-E.T George W Vella għall-Maltin li jgħixu barra
Diċembru 2023

Hekk kif qed ningħaqdu flimken għal dan iż-żmien speċjali tas-sena, Miriam u jien nixtiequ nawguraw Milied hieni lil kull wieħed u waħda minnkom. Il-Milied huwa żmien ta’ ferħ, riflessjoni, u konnessjoni, u hu għalhekk bi pjaċir kbir li nixtieq ningħaqad mad-dijaspora Maltija madwar id-dinja f’din iċ-ċelebrazzjoni.

Dan iż-żmien tal-Milied huwa żmien ta’ għaqda bejn il-familji u l-kommunitajiet, fejn naqsmu ma’ xulxin l-imħabba u r-rieda tajba, li hija riflessa fil-valuri Maltin.

B’hekk inħeġġiġkom sabiex dan il-Milied tieħdu mument biex tirreflettu fuq il-valuri tagħna bħala Maltin – il-valuri tal-komunità, tar-reżiljenza, u tal-kompassjoni. Hekk kif ninġabru flimkien mal-maħbubin tagħna, ftakru li intom parti integrali tal-familja Maltija, irrispettivament fejn qegħdin madwar id-dinja. Għalkemm Malta pajjiż żgħir, li tkun Malti jmur lil hinn minn hekk, u nistgħu ngħidu li Malta tinsab kullimkien madwar id-dinja fil-qalb ta’ kull membru tad-dijaspora Maltija.

Bħala gżejjer Maltin għandna storja u kultura unika. Li tara d-dijaspora Maltija tikkontribwixxi fil-qasam internazzjonali inissel sens ta’ kburija. Il-Maltin kisbu r-reputazzjoni tagħhom bħala poplu ta’ suċċess u ta’ determinazzjoni. Ninspira ruħi nara Maltin u oħrajn ta’ dixxendenza Maltija jagħmlu isem għalihom infushom imma anke għal pajjiżhom. Il-kisbiet, ir-reżiljenza, u l-impenn tagħhom biex jippreservaw l-wirt storiku Malti huwa ta’ eżempju għal kulħadd. B’hekk nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għall-impatt li qed iħallu fl-oqsma rispettivi tagħhom.

Nixtieq nieħu mument biex naċċenna fuq l-importanza tal-wirt lingwistiku u kulturali Malti. Wieħed mill-modijiet ta’ kif nistgħu nikkomunikaw bejnietna huwa permezz tal-lingwa. F’dinja fejn il-globalizzazzjoni tfisser il-prevalenza tal-midja soċjali, ghandha tkun t’opportunita’ sabiex nippreservaw u nippromwovu l-lingwa tagħna. Il-lingwa tagħna hija xempju tal-kuraġġ u s-saħħa li urew l-antenati tagħna billi żammew l-awtonomija u l-wirt tagħna. Ejjew ngħożżu u nippreservaw dan it-teżor uniku li jgħaqqadna flimkien, li jgħinna insibu l-għeruq tagħna u li jservi bħala simbolu tal-identità nazzjonali tagħna.

Ghandna wkoll niehdu din l-opportunita’ li kif qegħdin niċċelebraw il-Milied, niċċelebraw ukoll ir-rikezza tal-kultura Maltija li anki tidwi fit-tradizzjonijiet li għandna marbuta ma’ dawn iż-żmienijiet sabiex ngħożżu l-patrimonju Malti u dak li jgħaqqadna bħala Maltin.

Nixtieq ukoll nuri l-apprezzament tiegħi lid-dijaspora Maltija talli laqgħuni waqt iż-iżjarat tiegħi f’pajjiżhom. L-ospitalità li rajt ġewwa l-Irlanda, r-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Kanada, l-Emirati Għarab Maqħguda, l-Ġreċja, l-Awstralja, u lil hinn, huwa verament apprezzat. L-entużjazmu, kif ukoll l-impenn tagħkom biex iżżommu rabta b’saħħitha bejn id-dijaspora u Malta ħallew impressjoni indimentikabbli fuqi. Grazzi talli tkunu ambaxxaturi ta’ pajjiżna u talli żżommu l-valuri li jagħmluna kburin li aħna Maltin.

Għandna inkunu grati wkoll għall-fatt illi ħa nkunu nistgħu inqattgħu dan il-Milied mal-maħbubin tagħna. Kemm jekk f’din l-aħħar sena tlifna xi għeżież tagħna, jew esperjenzajna żminijiet diffiċli, għal ħafna minna, konna xxurtjati ili ngħixu fis-sigurtà li tħallina inkunu flimkien f’dan iż-żmien speċjali. B’hekk aħsbu ftit f’dawk li huma inqas ixxurtjati minna. Fil-fatt din l-aħħar sena, rajna żieda fil-kunflitti madwar id-dinja, fl-Ukrajna, l-Iżrael u l-Palestina, fost oħrajn. Huwa f’dawn il-postijiet fejn in-nies mhux se jkunu jistgħu jiċċelebraw il-Milied kif se nkunu nistgħu aħna.

Mill-ġdid nixtieq nirringrazzjakom mill-qalb u nawguralkom Milied hieni u s-Sena t-Tajba.

🇬🇧 Christmas greetings message by H.E. George Vella for the Maltese living abroad.
December 2023

As we come together to celebrate this special time of year, Miriam and I extend our warmest wishes to each and every one of you. Christmas is a time of joy, reflection, and connection, and it is with great pleasure that I reach out to our Maltese diaspora spread far and wide.

The Christmas season is a time when families and communities come together, sharing love and goodwill, is reflected in our values.

This Christmas, I urge you to take a moment to reflect on our values as Maltese – the values of community, resilience, and compassion. As we gather with our loved ones, remember that you are an integral part of the Maltese family, no matter where you are around the world. Although Malta is a small country, being Maltese goes further, and we can say that Malta is everywhere around the world in the heart of every member of the Maltese diaspora.

As Maltese islands we have a unique history and culture. The ability to see the Maltese diaspora contribute to the international sphere instills a sense of pride. The Maltese have gained their reputation as a successful and determined people. It is inspiring to see Maltese and others of Maltese descent make a name for themselves but also for their country. Their achievements, resilience, and commitment to preserve Malta's heritage sets an example to all. I would therefore like to express my gratitude for the impact they are leaving in their respective areas.

I would like to take a moment to highlight the importance of Malta's linguistic and cultural heritage. One of the ways in which we can communicate between us is through language. In a world where globalisation means the prevalence of social media, it should serve as an opportunity to preserve and promote our language.

Our language is a reflection of the courage and strength our ancestors have shown by retaining our autonomy and heritage. Let us cherish and preserve this unique treasure that brings us together, that helps us find our roots and that serves as a symbol of our national identity.

As we celebrate Christmas, we should also take the opportunity to celebrate our culture, which also resonates with the traditions we have attached to these times in order to cherish Maltese heritage and what unites us as Maltese.

I would also like to show my appreciation to the Maltese diaspora for welcoming me during my visits to their home country. The hospitality I've seen in Ireland, UK, USA, Canada, United Arab Emirates, Greece, Australia, and beyond, is really appreciated. Your enthusiasm, as well as your commitment to maintaining a strong link between the diaspora and Malta have left an unforgettable impression on me. Thank you for being ambassadors of our country and for upholding the values that make us proud to be Maltese.

We should also be grateful for the fact that we will be able to spend this Christmas with our loved ones. Whether in the last year we have lost loved ones, or experienced difficult times, for many of us, we have been lucky to live in the safety and security that allows us to be together at this special time. Let us take a moment to think of those who are less fortunate than us. In the past year, we have seen an increase in conflicts around the world like in Ukraine, Israel and Palestine, among others. It is in these places where people will not be able to celebrate Christmas as we will be able to do so.

Once again, I would like to extend my heartfelt wishes for a Merry Christmas and a Happy New Year.

21/09/2023
18/10/2022

Address

Koroviy Val 7, Entrance 8, Floor 7, Apt 219
Moscow
119049

Opening Hours

Monday 10:00 - 13:00
Tuesday 10:00 - 13:00
Wednesday 10:00 - 13:00
Thursday 10:00 - 13:00
Friday 10:00 - 13:00

Telephone

+74992302524

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Embassy of Malta in the Russian Federation posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organization

Send a message to Embassy of Malta in the Russian Federation:

Share