10/03/2026
Skema ta’ għajnuna finanzjarja lil individwi jew organizzazzjonijiet sabiex jikru proprjetà fejn jinbnew karrijiet tal-karnival jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027.
Bl-għan li jkompli jissaħħaħ il-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tattira udjenza minn Għawdex, Malta u minn barra, u għalhekk ukoll tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jerġa’ jniedi skema li permezz tagħha se jgħin lil individwi jew organizzazzjonijiet jikru proprjetà li tista’ tintuża biex jinbnew karrijiet tal-karnival jew maskri grotteski.
Kull applikant jista’ jingħata għotja sa massimu ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000) fis-sena jekk jibni karrijiet fis-Sezzjonijiet A u B, u sa massimu ta’ għaxart elef ewro (€10,000) fis-sena jekk jibni maskri grotteski jew karrijiet fis-Sezzjoni Ċ. Fiż-żewġ każijiet, l-għotja tkopri l-kera tal-post.
L-Iskema se tkun miftuħa għal xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.
L-applikazzjoni għandha ssir biss online fil-website https://gozo.gov.mt . Fil-website wieħed isib mehmużin il-Linji Gwida u r-Regolamenti tal-Iskema, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà.
_________________________________________
A financial assistance scheme is being launched to support individuals and organisations in renting a property where floats or grotesque masks can be constructed for the Gozo Regional Carnival 2027.
With the aim of further strengthening Carnival in Gozo as a cultural event that attracts audiences from Gozo, Malta, and abroad—while also contributing to Gozo’s economy—the Ministry for Gozo and Planning is reintroducing a scheme that helps individuals and organisations cover the cost of renting premises to build carnival floats or grotesque masks.
Each applicant may receive a grant of up to twenty-five thousand euros (€25,000) per year for the construction of floats in Sections A and B, and up to ten thousand euros (€10,000) per year for the construction of grotesque masks or floats in Section C. In both cases, the grant is intended to cover the rental costs of the premises.
The scheme will remain open for one month from the date of its publication.
Applications must be submitted exclusively online through the website https://gozo.gov.mt, where the Scheme’s Guidelines and Regulations, including the eligibility criteria, are available.