Superintendence of Cultural Heritage

Superintendence of Cultural Heritage The Superintendence of Cultural Heritage is the regulatory body entrusted with the protection and promotion of Malta's cultural heritage.

"The Superintendence of Cultural Heritage’s mission is to fulfil the duties of the State in ensuring the protection and accessibility of Malta’s cultural heritage." Cultural Heritage Act 2002

We were thrilled to welcome Her Excellency Caroline Whelan, ambassador of Ireland to Malta, to the Latnija excavation si...
14/09/2026

We were thrilled to welcome Her Excellency Caroline Whelan, ambassador of Ireland to Malta, to the Latnija excavation site. 🇮🇪🇲🇹🏺🔎

Field director and leading specialist Prof. Eleanor Scerri, along with Dr Huw Groucutt, led her along the various stages of discoveries, excavation techniques, and scientific tools and labs being used for this project. The internationality of the team that makes up this excavation, and the different expertise brought into this project, underscores the truly inter-disciplinary focus of this study. 🌍🤝🎓

This site remains an important scientific and archaeologically sensitive zone, one that has pushed the boundaries of Maltese prehistory.



Bi pjaċir kbir ilqajna lill-Eċċellenza Caroline Whelan, l-ambaxxatriċi tal-Irlanda f’Malta, fis-sit tal-iskavar ta’ Tal-Latnija. 🇮🇪🇲🇹🏺🔎

Id-direttriċi tas-sit u l-ispeċjalista ewlenija Prof. Eleanor Scerri, u Dr Huw Groucutt iggwidawha tul id-diversi stadji tal-iskoperti, it-tekniki tal-iskavar u l-għodod xjentifiċi u l-laboratorji li qegħdin jintużaw f’dan il-proġett. In-natura internazzjonali tat-tim responsabbli għal dan l-iskavar, u l-għarfien espert differenti li joffru l-membri tiegħu lil dan il-proġett, jenfasizzaw l-aspett tabilħaqq interdixxiplinari li qed jiffoka fuqu dan l-istudju. 🌍🤝🎓

Is-sit għadu żona xjentifika u arkeoloġikament sensittiva li qiegħda tistaqsi mistoqsijiet dwar il-konfini magħrufa tal-preistorja Maltija. ⏳🏺✨

Embassy of Ireland in Malta
Classics and Archaeology at UM
Max Planck Institute of Geoanthropology

02/09/2026
01/09/2026

🚤 Help Protect Malta’s Maritime Heritage 🇲🇹

Are you a Local Council, Cooperative, NGO or a Voluntary Organisation with access to the Coastline? Have you spotted a 𝘁𝗿𝗮𝗱𝗶𝘁𝗶𝗼𝗻𝗮𝗹 𝗠𝗮𝗹𝘁𝗲𝘀𝗲 𝗯𝗼𝗮𝘁 such as a luzzu, kajjik, fregatina, dgħajsa or other vernacular craft that appears 𝙖𝙗𝙖𝙣𝙙𝙤𝙣𝙚𝙙, 𝙙𝙖𝙢𝙖𝙜𝙚𝙙, 𝙤𝙧 𝙙𝙚𝙩𝙚𝙧𝙞𝙤𝙧𝙖𝙩𝙞𝙣𝙜 𝙖𝙡𝙤𝙣𝙜 𝙩𝙝𝙚 𝙘𝙤𝙖𝙨𝙩?

⚠️ These vessels are 𝗽𝗿𝗼𝘁𝗲𝗰𝘁𝗲𝗱 𝘂𝗻𝗱𝗲𝗿 𝘁𝗵𝗲 𝗖𝘂𝗹𝘁𝘂𝗿𝗮𝗹 𝗛𝗲𝗿𝗶𝘁𝗮𝗴𝗲 𝗔𝗰𝘁, and 𝗺𝘂𝘀𝘁 𝗻𝗼𝘁 𝗯𝗲 𝗿𝗲𝗺𝗼𝘃𝗲𝗱, 𝗿𝗲𝗹𝗼𝗰𝗮𝘁𝗲𝗱, 𝗼𝗿 𝗱𝗶𝘀𝗽𝗼𝘀𝗲𝗱 𝗼𝗳 without authorisation.

📌 What to do:
✔️ Report it immediately to the 𝗦𝘂𝗽𝗲𝗿𝗶𝗻𝘁𝗲𝗻𝗱𝗲𝗻𝗰𝗲 𝗼𝗳 𝗖𝘂𝗹𝘁𝘂𝗿𝗮𝗹 𝗛𝗲𝗿𝗶𝘁𝗮𝗴𝗲 (𝗦𝗖𝗛)
✔️ Send photos, location (GPS if possible), and a short description
✔️ Do 𝗻𝗼𝘁 take any action until guidance is provided

📧 𝗘𝗺𝗮𝗶𝗹: [email protected] and [email protected]
📋 𝗥𝗲𝗽𝗼𝗿𝘁: https://schmalta.mt/report-accidental-discovery/
📞 𝗧𝗲𝗹: +356 23950000

Read more by accessing the following link: https://schmalta.mt/obligation-to-report-traditional-boats-abandoned-or-deteriorating-on-the-coast/

👉 𝗦𝗲𝗲 𝗶𝘁? 𝗥𝗲𝗽𝗼𝗿𝘁 𝗶𝘁. 𝗣𝗿𝗼𝘁𝗲𝗰𝘁 𝗶𝘁.



🚤 Għinna Nipproteġu l-Patrimonju Marittimu ta’ Malta 🇲🇹

Inti Kunsill Lokali, Kooperattiva, NGO jew Organizzazzjoni Volontarja b’aċċess għall-Kosta? Rajt xi inġenju tal-baħar tradizzjonali Malti bħal luzzu, kajjik, fregatina, dgħajsa jew xi oġġett vernakulari ieħor li jidher li hu abbandunat, bil-ħsara jew qed jiddeterjora mal-kosta?

⚠️ Dawn il-bastimenti huma protetti mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali u ma jistgħux jitneħħew, jitmexxew, jew jintremew mingħajr awtorizzazzjoni.

📌 X’għandek tagħmel:
✔️ Irrapportah minnufih lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH).
✔️ Ibgħat ritratti, il-post (jekk possibbli bil-koordinati tal-GPS) u deskrizzjoni qasira
✔️ Tagħmel xejn qabel ma tingħata gwida

📧 𝗘𝗺𝗮𝗶𝗹: [email protected] u [email protected]
📋 Irrapporta fuq: https://schmalta.mt/report-accidental-discovery/
📞 𝗧𝗲𝗹: +356 23950000

Aqra aktar fuq il-link li ġejja: https://schmalta.mt/obbligu-li-jigu-rrapportati-dghajjes-tradizzjonali-abbandunati-jew-li-qeghdinjiddeterjoraw/?lang=mt

👉 Tarah? Irrapportah. Ipproteġih.

🧤   🏘️ Preserving Our Past to Build Our Future:  Identity and the Loss of Urban Meaning🏋‍♀Strong communities are the fou...
29/08/2026

🧤 🏘️ Preserving Our Past to Build Our Future: Identity and the Loss of Urban Meaning

🏋‍♀Strong communities are the foundation of thriving places.

As Malta’s urban landscape continues to change, preserving heritage remains closely linked to maintaining social cohesion and local identity. Historic town centres remind us that cities are not only places to live and work but are also places to connect, belong, and create shared memories.

A sustainable future for heritage is one that keeps people at its centre.

✨ Join us throughout October as we celebrate the heritage that connects us, inspires us, and helps build our future.

Find out more ⬇️
🔗https://schmalta.mt/european-heritage-days-2026/
🔗 https://schmalta.mt/european-heritage-days-identity-and-the-loss-of-urban-meaning/



🧤 🏘️ Inħarsu l-Passat Tagħna biex Nibnu l-Futur Tagħna L-Identità u It-Telf tas- Sinifikat Urban

🏋‍♀ Il-komunitajiet b’saħħithom huma l-pedament ta’ postijiet vibranti.

Hekk kif il-pajsaġġ urban ta’ Malta qed ikompli jinbidel, il-preservazzjoni tal-wirt tibqa’ marbuta mill-qrib maż-żamma tal-koeżjoni soċjali u l-identità lokali. Iċ-ċentri storiċi tal-bliet u l-irħula jfakkruna li l-ibliet mhumiex biss postijiet fejn ngħixu u naħdmu imma huma postijiet fejn nifformaw konnessjonijiet, inħossuna li nappartjenu u noħolqu memorji flimkien.

Futur sostenibbli għall-wirt huwa wieħed li jżomm lin-nies fil-qofol tiegħu.

✨ Ingħaqad magħna matul Ottubru hekk kif niċċelebraw il-patrimonju li jgħaqqadna, jispirana, u jgħinna nibnu l-futur tagħna.

Sir af aktar ⬇️
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-2026/?lang=mt
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-l-identita-u-t-telf-tas-sinifikat-urban/?lang=mt

With regards to the recent works carried out on the pathway adjoining the Victoria Lines in Gharghur, the Superintendenc...
28/08/2026

With regards to the recent works carried out on the pathway adjoining the Victoria Lines in Gharghur, the Superintendence of Cultural Heritage had halted the works in order to inspect the site and engage in discussions with the architects and local council.

It has now been agreed by all parties that the existing recently laid concrete layer is to be removed under Superintendence direction and instructions. The Superintendence is finding cooperation from both the local council and architect in ensuring that the resurfacing works of the walkway respect the historical value of the military heritage, as well as the environmental setting of the area.



Rigward ix-xogħlijiet reċenti li saru fil-mogħdija li tmiss mal-Victoria Lines f’Ħal Għargħur, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet waqqfet ix-xogħljiet biex tispezzjona s-sit u tiddiskuti mal-periti u mal-Kunsill Lokali.

Il-partijiet kollha issa qablu li s-saff eżistenti tal-konkos li tqiegħed dan l-aħħar għandu jitneħħa taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza u skont l-istruzzjonijiet tagħha. Is-Sovrintendenza sabet l-appoġġ kemm tal-Kunsill Lokali kif ukoll tal-perit biex jiġi aċċertat li x-xogħlijiet ta’ kisi mill-ġdid ta’ wiċċ il-mogħdija jirrispettaw il-valur storiku tal-patrimonju militarji, kif ukoll il-fatt li ż-żona tinsab fil-kampanja.

More than an archaeological site, Għar Dalam is a remarkable natural monument. 🐘This large tunnel cave was shaped over t...
27/08/2026

More than an archaeological site, Għar Dalam is a remarkable natural monument.

🐘This large tunnel cave was shaped over thousands of years by water infiltration, creating the unique underground landscape we see today. Its layers of deposits tell a story stretching from prehistoric animals such as dwarf elephants and hippopotamuses to Malta’s earliest farming communities.

🏺 The cave’s natural architecture and rich archaeological record make it one of Malta’s most important heritage sites. Thanks to generations of excavations and research, legacy archaeology continues to help us uncover, preserve, and share the stories hidden within its ancient walls.



Għar Dalam mhuwiex biss sit arkeoloġiku; huwa monument naturali liema bħalu.

🐘Din l-għar mina kbir ifforma tul eluf ta’ snin bl-infiltrazzjoni tal-ilma, li ħoloq il-pajsaġġ uniku taħt l-art li naraw illum. Is-saffi tad-depożiti tiegħu jirrakkontaw storja li testendi minn annimali preistoriċi bħal iljunfanti nani u ipopotami sal-ewwel komunitajiet agrikoli f’Malta.

🏺 L-arkitettura naturali tal-għar u r-rekord arkeoloġiku għani jagħmluh wieħed mill-aktar siti patrimonjali importanti ta’ Malta. Bis-saħħa ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ skavar u riċerka, l-arkeoloġija storika tkompli tgħinna niskopru, nippreservaw u naqsmu l-istejjer moħbija fil-ħitan antiki tiegħu.

📍 Triq Għar Dalam, Birżebbuġa.
📰 G.G. 18897.
🔍 National Inventory Number: 00029.

🧤   🌳 Preserving Our Past to Build Our Future:  Identity and the Loss of Urban Meaning🏛️🤝 Heritage is about preserving a...
26/08/2026

🧤 🌳 Preserving Our Past to Build Our Future: Identity and the Loss of Urban Meaning

🏛️🤝 Heritage is about preserving a sense of place.

Historic Maltese architecture was designed to create a dialogue between private and public life. Balconies overlooked streets, courtyards connected households, and town squares encouraged social interaction.

By safeguarding these historic environments, we also protect the memories, traditions, and community bonds that give meaning to them.

✨ Join us throughout October as we celebrate the heritage that connects us, inspires us, and helps build our future.

Find out more ⬇️
🔗https://schmalta.mt/european-heritage-days-identity-and-the-loss-of-urban-meaning/
🔗 https://schmalta.mt/european-heritage-days-identity-and-the-loss-of-urban-meaning/



🧤 🌳 Inħarsu l-Passat Tagħna biex Nibnu l-Futur Tagħna L-Identità u it-Telf tas-Sinifikat Urban

🏛️🤝 Il-patrimonju ifisser li nippreservaw is-sens ta’ post.

L-arkitettura storika Maltija tfasslet biex toħloq djalogu bejn il-ħajja privata u pubblika. Il-gallariji jagħtu għal fuq it-toroq, il-btieħi jgħaqqdu djar differenti flimkien, u l-pjazez kienu jħeġġu l-interazzjoni soċjali.

Billi nħarsu dawn l-ambjenti storiċi, nipproteġu wkoll il-memorji, it-tradizzjonijiet u r-rabtiet komunitarji li jagħtuhom tifsira.

✨ Ingħaqad magħna matul Ottubru hekk kif niċċelebraw il-patrimonju li jgħaqqadna, jispirana, u jgħinna nibnu l-futur tagħna.

Sir af aktar ⬇️
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-2026/?lang=mt
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-l-identita-u-t-telf-tas-sinifikat-urban/?lang=mt

🧤   🌳 Preserving Our Past to Build Our Future:  Identity and the Loss of Urban Meaning⛪For generations, public spaces in...
24/08/2026

🧤 🌳 Preserving Our Past to Build Our Future: Identity and the Loss of Urban Meaning

⛪For generations, public spaces in Maltese towns provided opportunities for neighbours to meet, children to play, and communities to celebrate together. These shared spaces nurtured social connections and strengthened a sense of belonging.

Maltese towns and villages have long been shaped by shared traditions, collective memories, and strong community ties. Churches, squares, and winding streets were not simply architectural features; they served as the heart of everyday life, bringing people together across generations.

Today, protecting historic urban environments also means recognising the value of the social life they were designed to support.

✨ Join us throughout October as we celebrate the heritage that connects us, inspires us, and helps build our future.

Find out more ⬇️
🔗https://schmalta.mt/european-heritage-days-2026/
🔗 https://schmalta.mt/european-heritage-days-identity-and-the-loss-of-urban-meaning/



🧤 🌳 Inħarsu l-Passat Tagħna biex Nibnu l-Futur Tagħna: L-Identità u it-Telf tas-Sinifikat Urban

⛪Għal ġenerazzjonijiet sħaħ, l-ispazji pubbliċi fl-irħula Maltin ipprovdew opportunitajiet biex il-ġirien jiltaqgħu, it-tfal jilagħbu u l-komunitajiet jiċċelebraw flimkien. Dawn l-ispazji komuni rawmu konnessjonijiet soċjali u saħħew is-sens ta’ appartenenza.

Il-bliet u l-irħula Maltin ilhom żmien twil iffurmati minn tradizzjonijiet komuni, memorji kollettivi u rabtiet b’saħħithom fost il-komunità. Il-knejjes, il-pjazez u t-toroq iserrpu ma kinux biss karatteristiċi arkitettoniċi; dawn kienu d-demm u l-laħam tal-ħajja ta’ kuljum, il-postijiet fejn kienu jiltaqgħu n-nies minn ġenerazzjonijiet differenti.

Illum, il-ħarsien tal-ambjenti urbani storiċi jfisser ukoll li nagħrfu l-valur tal-ħajja soċjali li tfasslu biex isostnuha.

✨ Ingħaqad magħna matul Ottubru hekk kif niċċelebraw il-patrimonju li jgħaqqadna, jispirana, u jgħinna nibnu l-futur tagħna.

Sir af aktar ⬇️
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-2026/?lang=mt
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-l-identita-u-t-telf-tas-sinifikat-urban/?lang=mt

📚⚓ Spot the Anchor!Whether you're snorkelling or staying onshore, there’s plenty to discover today at Armier Bay from 10...
21/08/2026

📚⚓ Spot the Anchor!

Whether you're snorkelling or staying onshore, there’s plenty to discover today at Armier Bay from 10:00 to 15:00. Explore artefacts, meet heritage professionals and learn why underwater sites deserve protection.

Together, we will be celebrating 25 years of the UNESCO 2001 Convention and its ongoing mission to preserve the stories hidden beneath our seas, and 5 years of Malta’s ratification of this Convention.

📍 Armier Bay | 📅 21 August 2026 | 🕙 10:00–15:00

Come curious. Leave inspired. See you soon!



📚⚓ Sib l-Ankra!

Sew jekk se tinżel togħdos jew jekk beħsiebek tibqa’ fuq ix-xatt, hawn ħafna x’tiskopri illum fil-Bajja tal-Armier mill-10:00 sat-15:00. Esplora l-oġġetti misjuba, iltaqa’ mal-professjonisti tal-patrimonju u sir af għaliex is-siti ta’ taħt l-ilma jistħoqqilhom jiġu protetti.

Flimkien, se niċċelebraw il-25 sena tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2001 u l-missjoni kontinwa tagħha li nippreservaw l-istejjer moħbija taħt l-ibħra tagħna, u 5 snin minn meta Malta rratifikat din il-Konvenzjoni.

📍 Il-Bajja tal-Armier | 📅 Il-21 ta’ Awwissu 2026 | 🕙 10:00–15:00

Ejja b’kurżità. Itlaq ispirat. Narawkhom daqt!

🧤  🌍  Preserving Our Past to Build Our Future: Fragile Contexts and Resilience🤝 Heritage conservation is a shared respon...
20/08/2026

🧤 🌍 Preserving Our Past to Build Our Future: Fragile Contexts and Resilience

🤝 Heritage conservation is a shared responsibility.

Addressing the growing risks posed by climate change requires collaboration between heritage authorities, researchers, government entities, and local communities. Through monitoring, restoration, and strategic planning, efforts are underway to strengthen the resilience of Malta’s most vulnerable heritage sites.

Across the Maltese Islands, increasingly intense weather events are placing added pressure on historic buildings, archaeological sites, and coastal heritage assets. The effects are becoming more visible, highlighting the importance of long-term resilience and adaptation strategies.

By acting today, we can help ensure that Malta’s cultural legacy continues to withstand the challenges of tomorrow.

✨ Join us throughout October as we celebrate the heritage that connects us, inspires us, and helps build our future.
Find out more ⬇️
🔗https://schmalta.mt/european-heritage-days-2025/
🔗 https://schmalta.mt/european-heritage-days-fragile-contexts-and-resilience/



🧤 🌍 Inħarsu l-Passat Tagħna biex Nibnu l-Futur Tagħna Kuntesti Fraġli u Reżiljenza

🤝 Il-konservazzjoni tal-patrimonju hija r-responsabbiltà ta’ kulħadd.

L-indirizzar tar-riskji dejjem jikbru maħluqa mit-tibdil fil-klima jeħtieġ kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-patrimonju, ir-riċerkaturi, l-entitajiet governattivi u l-komunitajiet lokali. Permezz tal-monitoraġġ, ir-restawr u l-ippjanar strateġiku, għaddejjin sforzi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-siti patrimonjali l-aktar vulnerabbli ta’ Malta.

Madwar il-Gżejjer Maltin, it-temp dejjem aktar intensiv qed ipoġġi iżjed pressjoni fuq bini storiku, siti arkeoloġiċi, u assi tal-patrimonju mal-kosta. L-effetti qed isiru aktar viżibbli, u dan jenfasizza l-importanza ta’ strateġiji ta’ reżiljenza u adattament fit-tul.

Billi naġixxu llum, nistgħu ngħinu naċċertaw li l-wirt kulturali ta’ Malta jibqa’ jiflaħ għall-isfidi t’għada.

✨ Ingħaqad magħna matul Ottubru hekk kif niċċelebraw il-patrimonju li jgħaqqadna, jispirana, u jgħinna nibnu l-futur tagħna.
Sir af aktar ⬇️
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-2026/?lang=mt
🔗 https://schmalta.mt/jiem-ewropej-tal-wirt-kuntesti-fragli-u-reziljenza/?lang=mt

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Superintendence of Cultural Heritage posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Superintendence of Cultural Heritage:

Shortcuts

Share