10/06/2026
ĠEMMA: EP 10 - Frodi u Scams Finanzjarji Online
F’dan l-episodju tal-Podcast ġiet diskussa l-problema li dejjem qeda tikber, dik tal-frodi u scams finanzjarji online f’Malta. Inaqdu magħna Kenneth Attard minn HSBC Bank Malta u l-Ispettur Claire Vella Borg mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Huma spjegaw kif is-cybercrime evolva u kif żdiedu scams bħal phishing, smishing, vishing, investimenti foloz u crypto scams. Ġie enfasizzat kif il-vittmi jistu jkunu ta' kull età u kif l-iscammers jużaw l-urġenza, komunikazzjoni konvinċenti u logos foloz biex iqarrqu. Id-diskussjoni uriet ukoll il-koordinazzjoni bejn il-banek u l-pulizija u kif jiġu investigati każijiet anke internazzjonalment. Fl-aħħar ingħataw pariri prattiċi dwar kif wieħed jipproteġi ruħu u x’għandu jagħmel jekk jisfa vittma.
HSBC Malta Foundation / The Malta Police Force