26/05/2026
Case Study Session Series | Case #2: Detecting Deterioration in Real-Time
At Mater Dei Hospital, the Rapid Response Team is leading the way in practice development.
The Rapid Response Team is a specialised clinical team trained to recognise and respond to patients whose condition is deteriorating, stepping in early before things become critical. Keeping that skill sharp across the hospital takes consistent, focused work, and that is exactly what this series is about.
Building on the first case in the series, Case #2, has brought ward leaders together over four sessions to work through real clinical scenarios. The aim is straightforward: to build the judgement and confidence needed to act at the earliest signs that a patient needs help. Ward leaders who attended have already asked for more sessions.
💬 "Well done! I truly hope that these sessions leave the much needed impact on charge nurses and eventually nurses, for our patients' sake." | Charge Nurse, Mater Dei Hospital
With the Charge Nurse sessions now complete, the series opens to all Senior Nurses and Staff Nurses across the hospital. The earlier deterioration is recognised, wherever the patient is, the better the outcome.
We look forward to sharing more similar updates.
-----
Serje ta' Sessjonijiet dwar ezempji prattiċi | Eżempju nru. 2: L-Identifikazzjoni tad-Deterjorament f'Ħin Reali
Fl-Isptar Mater Dei, ir-'Rapid Response Team' qiegħed jieħu rwol ta’ tmexxija fl-iżvilupp tal-prattika.
Ir-'Rapid Response Team' huwa tim kliniku speċjalizzat imħarreġ biex jagħraf u jirrispondi għal pazjenti li l-kundizzjoni tagħhom tkun qed tiddeterjora u jkun involut minn kmieni, qabel mas-sitwazzjoni ssir kritika.
Li tinżamm dik il-ħila f'livell għoli madwar l-isptar kollu titlob xogħol konsistenti u ffukat, u dan hu eżattament dak li qed toffri din is-serje.
Wara l-ewwel każ li ġie ndirizzat fis-serje, it-tieni eżempju, ġabar flimkien il-kapijiet tas-swali, ġewwa l-Isptar Mater Dei, f'erba' sessjonijiet biex jaħdmu fuq xenarji kliniċi reali. L-għan huwa sempliċi: li jinbena l-ġudizzju u l-fiduċja meħtieġa biex dak li jkun jaġixxi fl-ewwel sinjali li pazjent ikun jeħtieġ l-għajnuna.
Il-kapijiet tas-swali li attendew diġà talbu aktar sessjonijiet.
💬 "Prosit! Nittama bl-akbar sinċerità li dawn is-sessjonijiet iħallu l-impatt meħtieġ fuq l-infermiera inkarigati u eventwalment fuq l-infermier, għall-ġid tal-pazjenti tagħna." Infermier inkarigat/a, L-Isptar Mater Dei
Wara li tlestew s-sessjonijiet tal-infermiera Inkarigati, is-serje se tkun qed tinfetaħ għall-infermiera kollha fl-isptar. Aktar ma d-deterjorament jiġi identifikat kmieni, fil-post fejn ikun il-pazjent, aqwa jkun ir-riżultat.
Se nkomplu naqsmu magħkom bi pjaċir aktar aġġornamenti ta' dan it-tip.