11/09/2026
M'aħniex se nieqfu mument wieħed nisimgħu lill-familji u niddeċiedu favur tagħhom.
Inħabbar li aġġornajna l-policy tal-Awtorita' tad-Djar dwar l-iżvilupp ta’ proprjeta' tal-Home Ownership Scheme biex il-ġenituri tal-benefiċjarji oriġinali jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll.
Qed nagħmluha aktar faċli biex il-familji jgħixu qrib xulxin.
Dan ifisser li min jixtieq jiżviluppa residenza għall-ġenituri tiegħu ma jkollux għalfejn iħallas il-development fee jew kif spiss tissejjaħ "il-multa".
Minflok, din tiġi koperta permezz ta’ ipoteka, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-policy, li tiskatta biss jekk imbagħad ikun hemm trasferiment ulterjuri lil terzi.
Fi kliem ieħor dak li s'issa kien japplika favur residenzi għall-ulied issa se jkun qed japplika wkoll favur residenzi għall-ġenituri.
Għalina din mhix sempliċement bidla fil-policy.
Hija għajnuna konkreta lill-familji li jixtiequ jibqgħu viċin xulxin u jieħdu ħsieb lil xulxin.
X'hemm isbaħ minn hekk?
Owen Bonnici