Is-Servizz Pubbliku

Is-Servizz Pubbliku Il-Paġna Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku |
The Official Page of the Malta Public Service

Is-Servizz Pubbliku

Is-Servizz Pubbliku huwa magħmul mill-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern. Is-Servizz Pubbliku huwa l-qalba tal-makkinarju amministrattiv tal-Gvern, iżda mhuwiex l-uniku parti tiegħu. Hemm ukoll awtoritajiet u aġenziji mwaqqfa bil-liġi, fondazzjonijiet tal-Gvern, u kumpaniji kummerċjali li tagħhom il-Gvern għandu maġġoranza tal-ishma. Dawn l-entitajiet huma parti mis-settur p

ubbliku iżda mhux mis-Servizz Pubbliku. Is-Servizz Pubbliku jiġbor fih madwar 30,000 impjegat filwaqt li l-entitajiet fil-bqija tas-settur pubbliku jħaddmu madwar 20,000 impjegat oħra. L-impjegati tas-Servizz Pubbliku jissejħu uffiċjali pubbliċi (public officers), kif ukoll impjegati tal-Gvern. Dan għaliex il-ministeri u d-dipartimenti li jħaddmuhom huma parti integrali mill-Gvern ta’ Malta. Mill-banda l-oħra, l-entitajiet fil-bqija tas-settur pubbliku għandhom personalità legali distinta minn dik tal-Gvern – jiġifieri li filwaqt li dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-Gvern ta’ Malta, mhumiex parti minnu u għaldaqstant l-impjegati ta’ dawn l-entitajiet mhumiex impjegati tal-Gvern. In-nuqqas ta’ personalità legali distinta mhix l-uniku ħaġa li tgħaqqad il-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern. Dawn għandhom inkomuni wkoll il-karatteristiċi li ġejjin:

struttura komuni ta’ pagi bbażata fuq 20 skala ta’ salarju. sistema komuni ta’ gradi u pożizzjonijiet li jippermettu li l-impjegati jiċċaqilqu minn ministeru jew dipartiment għal ieħor. il-ħatriet u d-dixxiplina tal-impjegati jsiru taħt l-awtorità tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, korp indipendenti mwaqqaf mill-Kostituzzjoni sabiex jassigura li l-ħatriet isiru mingħajr diskriminazzjoni u d-dixxiplina ssir bil-ġustizzja. Id-distinzjoni bejn is-Servizz Pubbliku u s-settur pubbliku tiddependi minn dawn il-karatteristiċi, u mhux neċessarjament mill-qasam operattiv. Pereżempju, membru tal-Korp tal-Pulizija huwa uffiċjal pubbliku filwaqt li suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta mhuwiex. Bl-istess mod, għalliem fi skola tal-Gvern huwa uffiċjal pubbliku filwaqt li lecturer fl-MCAST jew l-Università mhuwiex.

📞 Ċempel b’xejn fuq il-linja 2545 0000 għas-servizzi tal-isptar Mater Dei 🏥
09/09/2026

📞 Ċempel b’xejn fuq il-linja 2545 0000 għas-servizzi tal-isptar Mater Dei 🏥

09/09/2026

Ara it-tmien episodju ta' Serving Servizzi 👇

X'għandek tagħmel dwar il-heat rash 🦠Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Saħħa
08/09/2026

X'għandek tagħmel dwar il-heat rash 🦠

Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Saħħa

Illum niċċelebraw Jum il-Vitorja, jum li jfakkar il-ġrajja ta' żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin.Nawguraw il-fe...
08/09/2026

Illum niċċelebraw Jum il-Vitorja, jum li jfakkar il-ġrajja ta' żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin.

Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd 🤩

L-Ispiżeriji miftuħa llum ⚕Saħħa | Anzjanità Attiva | Malta Medicines Authority | Dipartiment tal-Informazzjoni
08/09/2026

L-Ispiżeriji miftuħa llum ⚕

Saħħa | Anzjanità Attiva | Malta Medicines Authority | Dipartiment tal-Informazzjoni

07/09/2026

Tixtieq tirbaħ sena rides b'xejn bil-Bolt? Mela ara dan 📣

Hawn huma l-postijiet li fihom tista' tmur tagħti d-demm għada! 👇Saħħa | Blood Donation Malta - NBTS
07/09/2026

Hawn huma l-postijiet li fihom tista' tmur tagħti d-demm għada! 👇

Saħħa | Blood Donation Malta - NBTS

Jekk inti kunjomok Sammut, għidilna minn fejn int 👇
07/09/2026

Jekk inti kunjomok Sammut, għidilna minn fejn int 👇

Fil-Barrakka ta’ Fuq insibu Les Gavroches, waħda mill-aktar opri magħrufa tal-iskultur Malti Antonio Sciortino.It-tliet ...
06/09/2026

Fil-Barrakka ta’ Fuq insibu Les Gavroches, waħda mill-aktar opri magħrufa tal-iskultur Malti Antonio Sciortino.

It-tliet figuri jirrappreżentaw tfal tat-triq u kienu ispirati mill-karattru Gavroche fir-rumanz Les Misérables ta’ Victor Hugo. L-opra nħolqot fl-1904 u fl-1907 ġiet ippreżentata lill-Gvern u tqiegħdet fil-Barrakka ta’ Fuq.

Illum, l-oriġinal jinsab fil-MUŻA, filwaqt li fil-Barrakka naraw replika tagħha.

Qatt waqaftu tagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn dawn it-tliet karattri? 👀

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Is-Servizz Pubbliku posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Is-Servizz Pubbliku:

Shortcuts

Share