08/11/2023
PAWLU CURMI (Il-Pampalun)
Dalgħodu l-Beltin kollha kif ukoll il-poplu Malti, qam imnikket bl-aħbar tat-telfa ta' Pawlu Curmi magħruf bħala l-Pampalun.
Pawlu, imwieled fit-12 ta' Diċembru 1930 fi Triq Marsamxett fil-Belt Valletta, kien u jibqa' ikona fil-memorja kollettiva ta' dak li nifhmu bħala l-bniedem tal-Kapitali: artist ġenwin, ifawwar il-kreattività fl-oqsma kollha li involva ruħu fihom, fosthom il-Karnival, il-mużika kif ukoll iż-żfin.
Jibqa' imfakkar fost il-Beltin ħutu bħala bniedem li stinka għall-għaqda bejn kull sezzjoni fil-komunità u xpruna l-espressjoni kreattiva, spontanja u mhux, qalb it-tfal, żgħażagħ u anzjani tal-Belt Valletta.
Pawlu, kollha t-tfal Beltin, hawn qegħdin imnikktin, ma ninsewk qatt.
8-11-23
R.I.P.