Gvern Lokali

Gvern Lokali Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi

11/09/2026

Xogħol li forsi ma tantx jidher, imma li jagħmel differenza kbira.
F’Fond Għadir qed inlestu intervent importanti biex insaħħu l-kosta, nipproteġu l-promenade u nagħmlu din iż-żona aktar sigura għall-pubbliku.

Alison Zerafa Civelli

Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ qed ikomplu fil-Pjazza Madonna ta’ Fatima, il-Pietà, u fl-inħawi tal-madwar, b’kollaborazzjoni ...
10/09/2026

Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ qed ikomplu fil-Pjazza Madonna ta’ Fatima, il-Pietà, u fl-inħawi tal-madwar, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Pietà.

Grazzi kbira lit-tim dedikat ta’ l-aġenzija Tourism Zones Regeneration Agency għall-ħidma u l-impenn kontinwu tagħhom, kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Pietà għall-kollaborazzjoni.

09/09/2026

Il-Ministru għal Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli attendiet għat-tnedija tal-ktieb “Il-Birgu – Ġabra ta’ Ritratti Antiki”.

Pubblikazzjoni li tiġbor fiha ritratti interessanti tal-Birgu, fosthom ritratti antiki li qatt ma dehru qabel, li jagħtuna ħarsa lejn l-istorja u l-bidliet li għaddiet minnhom din il-lokalità matul iż-żmien.

Prosit lill-Kunsill Lokali tal-Birgu u lil kull min ta l-kontribut tiegħu biex din il-ġabra prezzjuża ta’ memorji u storja tkun tista’ tiġi ppubblikata.

06/09/2026

Prosit lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li qed jospita l-50 Laqgħa Ġenerali Internazzjonali tad-Douzelage, b’aktar minn 130 delegat minn diversi lokalitajiet Ewropej.

Dan huwa rikonoxximent ieħor tar-rwol attiv ta’ Marsaskala fil-kooperazzjoni Ewropea u fl-iskambju ta’ ideat u esperjenzi bejn il-komunitajiet.

05/09/2026

27 proġett diġà tlestew ma’ għaqdiet mhux governattivi fl-ewwel tmien xhur tas-sena, filwaqt li 9 proġetti oħra għadhom għaddejjin.

Permezz ta’ dan ix-xogħol qed inkomplu ntejbu u nsaħħu l-faċilitajiet komunitarji madwar Malta u Għawdex, biex ikunu aktar siguri, aċċessibbli u adattati għall-ħtiġijiet tal-komunità.

Aktar investiment b’risq il-komunitajiet tagħna. Illum f’Ħal Safi, fejn tlesta xogħol ta’ tiswijiet fuq il-Kunvent tas-S...
02/09/2026

Aktar investiment b’risq il-komunitajiet tagħna. Illum f’Ħal Safi, fejn tlesta xogħol ta’ tiswijiet fuq il-Kunvent tas-Sorijiet Dumnikani, biex dan l-ispazju jkun aktar sigur u jibqa’ protett għas-snin li ġejjin.

02/09/2026

Investiment li jwassal għal titjib konkret fil-komunità ta’ Ħal Tarxien.
Minn pakkett ta’ €12.8 miljun għall-komunitajiet tagħna, Ħal Tarxien se jkompli jara investiment f’proġetti li jwieġbu għall-bżonnijiet tar-residenti. Fil-ġimgħat li ġejjin jibda x-xogħol fi Ġnien Joanne, biex dan l-ispazju jkun aktar sigur, aċċessibbli u adattat għall-komunità.
Ara x’għandu xi jgħid is-Sindku Joseph Abela Galea.

Illejla, l-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli se tkun qed tieħu sehem fuq il-rog...
01/09/2026

Illejla, l-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli se tkun qed tieħu sehem fuq il-rogramm DIRETT, fuq l-istazzjon ONE.

01/09/2026

Is-Sindki tal-Birgu u l-Imtarfa laqgħu b’mod pożittiv it-tiġdid tal-ftehim bejn il-Public Works u l-Kunsilli Lokali, waqt li tkellmu ma’ ONE.com.mt.

Dan il-ftehim, li jinvolvi investiment ta’ kważi €13-il miljun, se jkompli jwassal għal aktar xogħlijiet ta’ manutenzjoni, titjib fl-aċċessibilità u interventi ġodda fl-ispazji pubbliċi madwar Malta u Għawdex.

31/08/2026

Investiment ta’ €12.8 miljun li se jgawdu minnu l-Kunsilli Lokali għal proġetti fil-komunitajiet tagħna.

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Gvern Lokali posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share