13/09/2026
Għadni ġejja lura mill-Irlanda fej ipparteċipajt fil-laqgħa għall-Ambaxxaturi għall-biedja u l-ikel organiku.
Inzertajna temp mill-isbaħ…iżda l-bdiewa qed isofru l-effetti tan-nixfa…waħda straordinarja dis-sena fej għaddew iktar minn 60 ġurnata bla xita.
Ir-riċetta għas-suċċess fis-settur organiku hi sempliċi ħafna - il-bdiewa jaqbillhom ikabbru organiku għax mhux talli għandhom il-bejgħ imma jġibu prezz aħjar, xi drabi anke d-doppju.
Dan dejjem kien il-messaġġ tiegħi sa minn meta ġejt fdata dal-irwol; is-sostennibilita’ tibda mill-finanzjarju għax kif ngħidu bla flus la tgħannaq lanqas tbus.
Ħaġa impressjonatni. Il-bdiewa jingħaqdu u jaħdmu flimkien avolja għandhom il-kobor.
U l-industrija sservi ta’ mutur. Għand Flahavan’s qalulna li jixtru l-oats kollha m’għand il-bdiewa bi prezz garantit.
U fej il-mudell organiku ma jwassalx, jkabbru bioloġiku li hi kelma oħra għal prodott naturali, ġenwin, u ta’ karattru serju.
Kif nistgħu noffru aħna jekk niddeċiedu li Malta jistħoqqilha tkun kburija bl-ikel li toffri.