16/09/2026
Ix-xogħol ta' restawr fuq il-kwadru ta' San Ġużepp ta' Ġian Nikola Buhagiar mir-restawratur Brian Caruana jinsab għaddej b'rittmu tajjeb.
Il-kwadru tnaddaf mis-saffi ta' verniċ li kellu u l-ħmieġ li nġemgħa fuqu matul iż-żmien. Issa jibda t-tindif u r-restawr tat-tila minn wara u jinħadimlu tilar ġdid/
Dan huwa proġett li qed jiġi iffinanzjat mill-Arts Council Malta permezz tal-iSkema ta’ Finanzjament għar-Restawr.
Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inkomplu naġġornawkom bil-progress fix-xogħol.