Kumitat Laburista Kalkara

Kumitat Laburista Kalkara Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Kumitat Laburista Kalkara, Political organisation, Triq is-Sienja, Il-Kalkara.

Dawn huma l-Kandidati Eletti fuq it-Tieni Distrett
01/06/2026

Dawn huma l-Kandidati Eletti fuq it-Tieni Distrett

31/05/2026
26/05/2026
25/05/2026

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni


Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, ir-Rabat Għawdex.


Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:

It-Tnejn 25, it-Tlieta 26 u l-Erbgħa 27 ta’ Mejju, 2026:

mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm

Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju, 2026 (l-aħħar jum):

mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl



TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ PERSONALMENT

L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT

GĦAL DAN L-ISKOP

MINGĦAJR ID-DOKUMENT GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI

Dawn huma l-Kandidati kollha f'isem il-Partit Laburista fuq it-Tieni Distrett
22/05/2026

Dawn huma l-Kandidati kollha f'isem il-Partit Laburista fuq it-Tieni Distrett

19/05/2026

Christina Novelli fil-Victor Tedesco Stadium.

Nhar il-Ħadd li ġej fl-4.30pm.

📍Il-Ħamrun

18/05/2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI ĠENERALI – 30 TA’ MEJJU, 2026

Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fl-1 ta’ Mejju, 2026, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

Minn nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2026 bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;
L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2026 sal-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026, bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;
Is-Sibt 23 ta’ Mejju 2026: bejn it-8.00 am u l-10.00 pm;
Il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2026: bejn it-8.00 am u s-12.00 pm.

Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra.
Fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, Bormla, Ħad-Dingli, Il-Fontana, Ħal Għargħur, L-Għarb, L-Għasri, Ħal Għaxaq, Il-Gudja, Il-Gżira, Il-Ħamrun, L-Isla, L-Iklin, Il-Kalkara, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Il-Marsa, Marsaskala, L-Imdina, L-Imġarr, L-Imsida, Tal-Pietà, Pembroke, Ħal Safi, San Lawrenz, Santa Luċija, Is-Siġġiewi, Ta’ Xbiex, Ix-Xagħra u Ix-Xgħajra, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.

Kull persuna trid turi l-Karta tal-Identita’. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.

Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

18/05/2026

€1️⃣,8️⃣8️⃣0️⃣,2️⃣6️⃣6️⃣

Grazzi, grazzi, grazzi! ❤️

Address

Triq Is-Sienja
Il-Kalkara

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kumitat Laburista Kalkara posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share