14/09/2026
AVVIŻ LILL-PUBBLIKU - DUMPING ILLEGALI WARA L-KNISJA
Qed jiġi nnutat li ripetutamenT qed jintrema skart fiż-żona ta’ wara l-Knisja Parrokjali.
Il-Kunsill Lokali jikkundanna bil-qawwa dan l-aġir irresponsabbli u jfakkar li tali rimi ta’ skart jikkostitwixxi dumping illegali.
Ninfurmaw lir-residenti li l-LESA u l-Pulizija ġew infurmati b’din is-sitwazzjoni u qed jittieħdu l-passi meħtieġa.
Għalhekk, nappellaw lir-residenti kollha biex iżommu l-borża tal-iskart tagħhom wara l-bieb tagħhom u joħorġuha biss fil-ħinijiet u fil-ġranet stabbiliti għall-ġbir tal-iskart.
Infakkru li kull min jinqabad jarmi l-iskart illegalment jista’ jeħel multi kbar skond kif tipprovdi l-liġi. Napprezzaw il-koperazzjoni ta’ kulħadd sabiex inżommu l-lokalità tagħna ta’ Ghajnsielem nadifa u miżmuma tajjeb.
🇬🇧 PUBLIC NOTICE - ILLEGAL DUMPING AT THE AREA BEHIND THE CHURCH
It is being noted that waste is repeatedly being dumped in the area behind the Parish Church.
The Local Council strongly condemns this irresponsible behaviour and reminds residents that such disposal of waste constitutes illegal dumping. LESA and the Police have been duly notified of this situation and the necessary action is being taken.
We therefore appeal to all residents to place their waste bags outside their residence only and on the designated days and hours for waste collection.
We remind everyone that anyone caught dumping waste illegally may be subject to substantial fines in accordance with the law.