10/06/2026
🇬🇧 With reference to various reports and media articles concerning development in Armier, the Planning Authority would like to confirm that it has issued enforcement notice EC/071/26 against a known individual, as well as the Lands Authority in its capacity as the landowner.
The contravener was instructed to stop works and remove the illegal development. However, the Planning Authority notes that, instead of complying, the contravener ignored these instructions and proceeded with further unauthorised development.
In line with current legislation, the enforcement notice requires the reinstatement of the site within sixteen days.
The Planning Authority will consider further action in accordance with the provisions of the Development Planning Act (Chapter 552 of the Laws of Malta).
_
🇲🇹 B’referenza għal diversi rapporti u artikli fil-midja dwar żvilupp ġewwa l-Armier, l-Awtorità tal-Ippjanar tixtieq tikkonferma li ħarġet avviż ta’ infurzar EC/071/26 kontra individwu responsabbli, kif ukoll kontra l-Awtorità tal-Artijiet fil-kapaċità tagħha bħala s-sid tal-art.
L-individwu ġie ordnat iwaqqaf ix-xogħlijiet u jneħħi l-iżvilupp illegali. Madankollu, l-Awtorità tal-Ippjanar tinnota li, minflok ma kkonforma ma’ dawn l-istruzzjonijiet, dawn l-ordnijiet ġew injorati u l-iżvilupp mhux awtorizzat baqa’ għaddej.
Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-avviż tal-infurzar jagħti perjodu ta’ 16-il jum sabiex is-sit jerġa lura għall-istat oriġinali tiegħu.
L-Awtorità tal-Ippjanar se tikkunsidra li tieħu aktar azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta’ Malta).
(Photo: James Bianchi/MaltaToday)