Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara

Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara Hemm ukoll ħjilijiet tal-qagħda tal-bniedem fiż-żminijiet Puniċi u Rumani.

Fdalijiet arkeoloġiċi jixhdu li n-nies ilha tgħammar fl-inħawi ta’ Birkirkara ta’ llum sa mill-ewwel żminijiet tal-bniedem f’dawn il-gżejjer, jiġifieri fi żmien il-kultura li ħallitilna dawk il-monumenti uniċi li huma t-Tempji Megalitiċi u li kienet għebet inspjegabbilment lejn nofs it-tielet millennju Q.K. Aktarx li l-oriġini ta’ Birkirkara ta’ żmienna, bħal tal-irħula antiki l-oħra ta’ Malta tmur lura lejn is-seklu ħdax wara li l-gżira kienet ġiet ripopolata wara xi 200 sena minn meta kienet għaddiet taħt l-Għarab Aghlabiti mit-Tunisija. Meta mbagħad lejn nofs is-seklu tnax Malta reġgħet għaddiet fl-isfera Ewropea permezz tan-Normanni u qawwiet oħra li kienu jaħkmu wkoll Sqallija, Birkirkara messha wkoll sehem minn dak li għaddiet minnu l-gżira f’dawk iż-żminijiet fewdali, sa ma fl-1530, Malta ngħatat mir-Re ta’ Spanja lill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Sa din l-aħħar sena Birkirkara kienet stabbiliet ruħha bħala wieħed mill-ewlenin irħula u l-aktar popolati tal-gżejjer, hekk li fih u fil-limiti estensivi ta’ madwaru twaqqfet waħda mill-ewwel cappellae jew parroċċi f’Malta. Minkejja li l-Kavallieri ġabu ċerta sigurtà u eventwalment prosperità f’dawn il-gżejjer, Birkirkara kienet sfat imħarbta kemm fl-inkursjoni kbira ta’ Dirghut Rais (1551) u fil-magħruf Assedju l-Kbir (1565). Iżda meta kull ma jmur l-Ordni beda jġib ruħu b’mod aktar awtokratiku mal-Maltin naraw fost l-oħrajn nies ta’ karattru bħal Dun Filippu Borg, kappillan ta’ Birkirkara, li jagħmel ħiltu biex jipprova jirristabbilixxi d-drittijiet tal-Maltin u li waqqaf l-ewwel Kolleġġjata (1630) bil-għan li jipprova joħloq enklavi b’ċerta awtonomija. Il-prosperità relattiva tas-sekli sbatax u tmintax ġabet żieda fil-popolazzjoni u ċerta kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Karkariżi wkoll, u ż-żieda fil-popolazzjoni tat lok għat-twaqqif ta’ parroċċi oħra fi rħula oħra fil-limiti ta’ Birkirkara. Dan kien rifless ukoll fil-bini ta’ żewħ knejjes parrokkjali, it-tnejn ġawhriet tal-arkitettura Maltija tal-perjodu tagħhom: il-Knisja l-Qadima u l-Kolleġġjata u Bażilika ta’ Santa Liena. Il-Karkariżi, taħt it-tmexxija tal-kumpatrijott Vincenzo Borg (Brared) taw sehem qawwi fir-reżistenza tal-Maltin kontra l-invażuri Franċiżi (1798-1800) u magħhom ukoll għaddiet mill-inżul u t-tlajja’ matul il-preżenza fostna tas-superpotenza Ingliża (1800-1964). Biżżejjed wieħed jifktakar f’dak li għaddiet minnu fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta għalkemm ma sofrietx wisq mill-ħbit mill-ajru, kellha hi wkoll il-vittmi tagħha, laqgħet fiha eluf ta’ refuġjati mill-inħawi l-aktar milquta ta’ madwar il-portijiet, kif ukoll it-teżori sagri u artistiċi ta’ uħud mill-knejjes tagħhom. Kienu stabbiliti fiha sptarijiet u uffiċċji tal-amministrazzjoni governattiva hekk li kienet bdiet tissejjaħ: Malta’s emergency capital. Birkirkara llum nistgħu ngħidu li hija parti mill-konurbazzjoni ta’ madwar il-portijiet ewlenin u hija l-lokalità bl-akbar għadd ta’ popolazzjoni, b’żewġ oqsma industrijali u l-isptar ewlieni tal-gżira fil-periferija tagħha u għadd ta’ stabbilimenti u negozji privati oħra. Ghal iktar informazjoni - http://birkirkaralocalcouncil.com/

Kors BLA ĦLAS - Kif tibni Presepju Ingħaqad mal-presepista Massimo Borg biex titgħallem kif tibni presepju bit-teknika t...
17/09/2026

Kors BLA ĦLAS - Kif tibni Presepju

Ingħaqad mal-presepista Massimo Borg biex titgħallem kif tibni presepju bit-teknika tal-exoanding foam.

🗓️ Kull nhar ta' Tnejn; jibda mit-2 ta' Novembru sat-23 ta' Novembru 2026.
⏰ Mis-6pm sat-8pm.

POSTIJIET LIMITATI - Għaldaqstant ibbukkja issa fuq 21442626/78574597.

17/09/2026
Kburin bit-talent Karkariż! ❤️🎤Zelenio avvanza għas-Sing-Offs ta’ The Voice Kids Malta! 🌟 Prosit Zelenio! Kompli għolli ...
15/09/2026

Kburin bit-talent Karkariż! ❤️🎤

Zelenio avvanza għas-Sing-Offs ta’ The Voice Kids Malta! 🌟

Prosit Zelenio! Kompli għolli isem il-lokalità tagħna bit-talent u d-determinazzjoni tiegħek 🥳

Ilejla Naya se tkun qed tikkompeti fil-BATTLES ta’ The Voice Kids Malta – Season 3! 🇲🇹Nappella lill-Karkariżi kollha bie...
15/09/2026

Ilejla Naya se tkun qed tikkompeti fil-BATTLES ta’ The Voice Kids Malta – Season 3! 🇲🇹

Nappella lill-Karkariżi kollha biex llejla fit-20:45 isegwuha fuq TVM, jagħtuha l-appoġġ tagħhom u jivvutaw għat-talent Karkariż! 🗳️❤️

Awguri Naya 💕 Birkirkara kollha warajk! ❤️💪🎤

🚧🛠️Il-kunsill lokali ta' Birkirkara jixtieq jgħarrafkom li f'Misraħ San Alwiġi u fi Triq Santa Tereża qed jinbidlu xi se...
15/09/2026

🚧🛠️Il-kunsill lokali ta' Birkirkara jixtieq jgħarrafkom li f'Misraħ San Alwiġi u fi Triq Santa Tereża qed jinbidlu xi servizzi biex wara jingħata wiċċ ġdid lill-bankini u t-toroq.

Grazzi lill-ħaddiema kollha involuti li jkunu pronti jlestu dan ix-xogħol fil-ħin.

🌧️  Ninsabu diġà f'nofs Settembru u laqtitna l-ewwel maltempata. Bħal daż-żmien għalhekk nibdew innaddfu l-ispralli fid-...
15/09/2026

🌧️ Ninsabu diġà f'nofs Settembru u laqtitna l-ewwel maltempata. Bħal daż-żmien għalhekk nibdew innaddfu l-ispralli fid-diversi toroq madwar Birkirkara biex jistgħu jilqgħu l-ilma tax-xita. Matul dawn l-aħħar jiem komplew jitnaddfu aktar spralli f'diversi toroq.

INAWGURAZZJONI TAR-RESTAWR TAL-KAMPNAR TAL-VITORJA 🔔✨Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara bi pjaċir jistedinkom għall-inawgu...
08/09/2026

INAWGURAZZJONI TAR-RESTAWR TAL-KAMPNAR TAL-VITORJA 🔔✨

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara bi pjaċir jistedinkom għall-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Kampnar tal-Vitorja.

📅 Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru 2026
📍 Triq il-Vitorja, Ħas-Sajjed, Birkirkara
🕢 Fis-7:30pm

Dan il-proġett ta’ restawr huwa pass importanti biex inkomplu nħarsu u nippreservaw il-wirt storiku u kulturali tal-komunità tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Nistednukom tingħaqdu magħna f’din l-okkażjoni speċjali u niċċelebraw flimkien din l-okkażjoni importanti għalina l-Karkariżi!

Is-Sindku, Dr Desirei Grech, flimkien mal-Kunsillera, is-segretarju tal-eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill lokali...
08/09/2026

Is-Sindku, Dr Desirei Grech, flimkien mal-Kunsillera, is-segretarju tal-eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill lokali ta' Birkirkara jawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba!

🌧️ Issa li dħalna f'Settembru u bħal dan iż-żmien tkun mistennija l-ewwel maltempata, il-kunsill qiegħed idur il-culvert...
07/09/2026

🌧️ Issa li dħalna f'Settembru u bħal dan iż-żmien tkun mistennija l-ewwel maltempata, il-kunsill qiegħed idur il-culverts fid-diversi toroq madwar Birkirkara sabiex jitnaddfu u jkunu jistgħu jilqgħu l-ilma tax-xita li jaf jinżel qliel.

📢 INTERESSAT TIKSEB AKTAR GĦARFIEN DWAR IT-TAXXA FUQ ID-DĦUL PERSONALI? 💶It-taxxa tista’ tidher kumplessa… imma mhux bil...
05/09/2026

📢 INTERESSAT TIKSEB AKTAR GĦARFIEN DWAR IT-TAXXA FUQ ID-DĦUL PERSONALI? 💶

It-taxxa tista’ tidher kumplessa… imma mhux bilfors trid tkun! 😊

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, f’kollaborazzjoni mad- Dipartiment tat-Taxxa, qed jorganizza Sessjoni Edukattiva dwar it-Taxxa fuq id-Dħul Personali.

💬 Sessjoni informattiva, prattika u miftuħa għall-mistoqsijiet tiegħek!

📅 Data:8 T' Ottubru 20226
🕐 Ħin: 9 am
📍 Post: Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

👉 Ħu l-opportunità biex tifhem aħjar it-taxxa tiegħek u tkun aktar infurmat dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek.

🎟️Dħul bla ħlas – kulħadd mistieden! 🙌

📞Irreġistra l-interess tieghak fuq 21442626

📢 INTERESTED IN LEARNING MORE ABOUT PERSONAL INCOME TAX? 💶

Tax can seem complicated… but it doesn’t have to be! 😊

The Birkirkara Local Council, in collaboration with the Tax Department, is organising an Educational Session on Personal Income Tax.

💬 An informative, practical session where you can ask questions and gain a better understanding of your tax obligations!

📅 Date: 8 October 2026
🕐 Time: 9:00 am
📍 Venue: Birkirkara Local Council

👉 Take this opportunity to better understand your tax and become more informed about your rights and obligations as a taxpayer.

🎟️ Free admission – everyone is welcome! 🙌

📞 Register your interest on: 2144 2626

Address

Kunsill Lokali Birkirkara, Centru Civiku, It-Tieni Sular, Triq Tumas Fenech, Birkirkara BKR 2527
Birkirkara
BKR2527

Opening Hours

Monday 07:30 - 15:30
Tuesday 07:30 - 15:30
Wednesday 07:30 - 15:30
Thursday 07:30 - 15:30
Friday 07:30 - 15:30
Saturday 08:00 - 11:30

Telephone

+35621442626

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara:

Shortcuts

Share