14/08/2026
Fl-isfond tal-inċertezzi u l-isfidi li qed jaffaċċja r-reġjun, l-Uffiċjal Internazzjonali Alec Farrugia Cachia f'isem Żgħażagħ Laburisti kien preżenti fil-Kungress tal-General Union of Palestine Students f’Beirut, bħala parti mill-impenn tagħna li tibqa’ ssaħħaħ id-djalogu u r-rabtiet ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fir-reġjun minkejja t-tbatijiet kollha li jinsabu fihom.
L-Għaqda kienet ukoll preżenti għall-kungress tal-UESARIO fil-kampijiet tar-rifuġjati Saħrawi f'Tindouf, biex iġġedded ir-rabtiet storiċi li jmorru lura kważi nofs seklu.
Nirringrazzjaw il-GUPS - الاتحاد العام لطلبة فلسطين u l-UESARIO għall-istedina tagħhom u nġeddu l-appoġġ tagħna favur id-de-eskalazzjoni u l-waqfien mill-ġlied f’kull kunflitt.