10/06/2026
Illejla, il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa se jiftaħ il-bibien għall-wirja retrospettiva tal-artist u storiku tal-avjazzjoni Richard Caruana. Esposti f'dil-wirja hemm 18-il kapulavur ta' arti minn fost ħafna li għandu fir-repertorju tiegħu. Inħeġġu lil kulħadd biex tiġu u tammiraw ix-xogħol u l-kapaċitajiet ta' dan l-artist Ħalluqi. Din il-wirja se tibqa' sejra sat-Tlieta 16 ta' Ġunju.