Kunsill Lokali Hal Ghaxaq

Kunsill Lokali Hal Ghaxaq Pagna Uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq

13/06/2026

💙 Grazzi mill-qalb lill-komunità tagħna! 💙

Il-Kunsill Lokali jixtieq jirringrazzja sinċerament lil kull min ta' d-donazzjoni tiegħu b’appoġġ għall-kampanja b’risq Lee u l-Malta Trust Foundation.

Bis-saħħa tal-ġenerożità tagħkom, fi tliet ijiem biss irnexxielna niġbru s-somma sabiħa ta’ €600, li ġiet mgħoddija biex tikkontribwixxi għat-total finali tal-kampanja.

Kull kontribuzzjoni, kbira jew żgħira, kienet pass ieħor lejn futur aħjar u aktar indipendenti għal Lee.

Grazzi talli għal darb’oħra urejtu li meta ningħaqdu flimkien bħala komunità, nistgħu nagħmlu differenza vera fil-ħajja ta’ oħrajn. 🙏✨

10/06/2026

📍 Il-Kunsill Lokali qed jilqa’ donazzjonijiet mil-lum, 10 ta’ Ġunju, sas-Sibt 13 ta’ Ġunju, b’appoġġ għall-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Trust Foundation u Lee.

🕒 Ħinijiet tal-ftuħ:

• Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:30am sas-1:00pm u mis-1:45pm sal-4:00pm
• Is-Sibt: 7:30am – 10:30am

Se tkun disponibbli wkoll kaxxa tad-donazzjonijiet fil-Kunsill, u l-fondi kollha miġbura ser jingħataw biex jikkontribwixxu għat-total finali tal-kampanja.

Kull donazzjoni, kbira jew żgħira, tagħmel differenza reali fil-ħajja ta’ Lee. 💙

Nappellaw għall-ġenerożità tagħkom sabiex flimkien nagħtu tama u opportunità għal futur aktar indipendenti. 🙏✨

💙

09/06/2026

Water Services Corporation

We would like to inform you of a water service interruption that will be carried out in Hal Ghaxaq from 10-06-2026 08:00 till 10-06-2026 16:00 due to Connection of Main.

The areas that will be affected are:

HAL GHAXAQ

Triq Dwardu Buttigieg, Triq Has-Saptan, Triq Ic-Combini, Triq Il-Gibjun, Triq Indri Magrin, Triq Ir-Rahhal, Triq Is-Sagra Familja, Triq It-Telleritu, Triq It-Tumbarellu, Triq San Gorg, Triq Sebastjan Saliba, Triq Ta' Loretu, Triq Tal-Qattus

Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera, flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill Lokali ta' ...
07/06/2026

Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera, flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Għaxaq jawguraw il-festa t-tajba lill-Għaxqin kollha.

AVVIŻIl-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq javża` lir-residenti li l-ground 5-a-side fi Triq id-Dejl ser ikun magħluq tempora...
05/06/2026

AVVIŻ

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq javża` lir-residenti li l-ground 5-a-side fi Triq id-Dejl ser ikun magħluq temporanjament minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni u żebgħa.
Ninfurmawkom li l-ground ser jerġa’ jinfetaħ għan-normal minn għada, is-Sibt 6 ta’ Ġunju, filgħodu.

Grazzi tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tagħkom.

04/06/2026

Il-Kunsill Lokali jixtieq jawgura lis-Sindku KaRl BoXall l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Awguri 🎂🎊

28/05/2026

🚐 Servizz Ġdid ta’ Trasport għall-Komunità Għaxqija

Għadu kemm ġie imħabbar mill-Ministru Chris Bonett servizz ġdid ta’ trasport komunitarju għall-anzjani, persuni b’mobbiltà mnaqqsa u residenti vulnerabbli fil-lokalità ta’ Għaxaq.

Dan is-servizz, ser jgħin lir-residenti Għaxqin biex ikollhom aċċess aktar sigur u komdu għas-servizzi bankarji u l-ATM f’Żejtun.

Il-proġett qed jitwettaq permezz ta’ fondi minn Transport Malta, bil-għan li tkompli tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja fil-komunità Għaxqija .

📢 Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq jixtieq javża lill-pubbliku li nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju l-uffiċċju mhux se jkun mift...
25/05/2026

📢 Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq jixtieq javża lill-pubbliku li nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju l-uffiċċju mhux se jkun miftuħ minħabba l-Elezzjoni Ġenerali.
Dawk kollha li għandhom bżonn permess għall-ġimgħa ta’ wara huma ġentilment mitluba japplikaw u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa minn qabel sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent.
Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.

📢 The Ħal Għaxaq Local Council would like to inform the public that on Saturday, 30th May, the office will be closed due to the General Election.
Anyone requiring permits for the following week is kindly requested to apply and make the necessary arrangements in advance to avoid any inconvenience.
Thank you for your cooperation.

Nixtiequ navżaw li bejn il-25 ta’ Mejju u t-30 ta’ Mejju ser ikunu qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-ground 5-a-...
23/05/2026

Nixtiequ navżaw li bejn il-25 ta’ Mejju u t-30 ta’ Mejju ser ikunu qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-ground 5-a-side fi Triq id-Dejl.

⏰ Għalhekk, il-ground ser ikun magħluq temporanjament mis-7:00am sas-1:00pm.

✅ Wara nofsinhar il-ground jibqa’ miftuħ bħas-soltu, mis-2:00pm sad-9:00pm.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

Address

Labour Avenue, Ghaxaq
Ħal Għaxaq

Opening Hours

Monday 07:30 - 13:00
13:45 - 16:00
Tuesday 07:30 - 13:00
13:45 - 16:00
Wednesday 07:30 - 13:00
13:45 - 16:00
Thursday 07:30 - 13:00
13:45 - 16:00
Friday 07:30 - 13:00
13:45 - 16:00
Saturday 07:30 - 10:30

Telephone

+35621664888

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Hal Ghaxaq posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Hal Ghaxaq:

Share