Consulate General of Malta in Toronto

Consulate General of Malta in Toronto Welcome to the official page of the Consulate General of Malta in Toronto, Canada. Follow f

Applications for the Maltese language course for Maltese citizens living abroad will close on April 19. Submit yours bef...
04/16/2026

Applications for the Maltese language course for Maltese citizens living abroad will close on April 19. Submit yours before the deadline.

🇲🇹 Sejħa lill-Maltin li jgħixu barra!

Ingħaqad magħna għal korsijiet online tal-Malti bħala lingwa barranija biex issaħħaħ l-ħiliet lingwistiċi u il-wirt Malti tiegħek! Jekk m’għandekx għarfien jew għandek xi għarfien limitat tal-Malti, dawn il-korsijiet interattivi huma mfassla biex jgħinuk tkabbar l-għarfien tiegħek tal-lingwa Maltija.


Għażliet tal-Kors:

➡️ MQF Livell 1 : It-Tlieta & l-Ġimgħa, 08:00 - 11:00 jew It-Tlieta & l-Ġimgħa ,16:30 - 19:30 CET CET (jibdew 2 ta' Ġunju, għal 28 lezzjoni)

➡️ MQF livell 2: It-Tlieta & l-Ġimgħa, 12:30 - 15:30 CET jew It-Tlieta & l-Ġimgħa, 16:30 - 19:30 CET (jibdew 2 ta' Ġunju, għal 28 lezzjoni)


Applika hawn: https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=9dnNNLhdvEmsugH2XMpoDSLTiBixBi5IpT7yBXS0wLNUMjlHSU1WOTZKMlMzWVhKNklZT0xaUlBWNS4u

Skadenza: 19 t’April 2026

🇬🇧 Calling all Maltese living abroad!

Join our online Maltese as a Foreign Language courses to strengthen your language skills and connect with your Maltese heritage! Whether you’re a beginner or have some prior knowledge, these interactive courses are designed to help you grow your understanding of the Maltese language.

Course Options

➡️ MQF Level 1: Tuesday & Friday, 08:00 - 11:00 CET or Tuesday & Friday, 16:30 - 19:30 CET (starting June 2, for 28 lessons)

➡️ MQF Level 2: Tuesday & Friday, 12:30 - 15:30 CET or Tuesday & Friday, 16:30 - 19:30 CET (starting June 2, for 28 lessons)


Apply here: : https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=9dnNNLhdvEmsugH2XMpoDSLTiBixBi5IpT7yBXS0wLNUMjlHSU1WOTZKMlMzWVhKNklZT0xaUlBWNS4u

Deadline to Apply: 19 April 2026

03/31/2026
03/31/2026
03/31/2026

🇲🇹 Il-Konsulat Ġenerali f’Toronto ser ikun magħluq nhar it-Tlieta, 31 ta' Marzu 2026 peress li hija festa pubblika f'Malta.

F'każ ta' emerġenza, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq in-numru tal-emerġenza +1 (416) 832-4607

🇬🇧 The Consulate General of Malta in Toronto will be closed on Tuesday, 31st of March 2026 as it is a public holiday in Malta.

In case of emergency, please contact us on the emergency number +1 (416) 832-4607

03/27/2026

🇲🇹 Sejħa lill-Maltin li jgħixu barra!

Ingħaqad magħna għal korsijiet online tal-Malti bħala lingwa barranija biex issaħħaħ l-ħiliet lingwistiċi u il-wirt Malti tiegħek! Jekk m’għandekx għarfien jew għandek xi għarfien limitat tal-Malti, dawn il-korsijiet interattivi huma mfassla biex jgħinuk tkabbar l-għarfien tiegħek tal-lingwa Maltija.


Għażliet tal-Kors:

➡️ MQF Livell 1 : It-Tlieta & l-Ġimgħa, 08:00 - 11:00 jew It-Tlieta & l-Ġimgħa ,16:30 - 19:30 CET CET (jibdew 2 ta' Ġunju, għal 28 lezzjoni)

➡️ MQF livell 2: It-Tlieta & l-Ġimgħa, 12:30 - 15:30 CET jew It-Tlieta & l-Ġimgħa, 16:30 - 19:30 CET (jibdew 2 ta' Ġunju, għal 28 lezzjoni)


Applika hawn: https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=9dnNNLhdvEmsugH2XMpoDSLTiBixBi5IpT7yBXS0wLNUMjlHSU1WOTZKMlMzWVhKNklZT0xaUlBWNS4u

Skadenza: 19 t’April 2026

🇬🇧 Calling all Maltese living abroad!

Join our online Maltese as a Foreign Language courses to strengthen your language skills and connect with your Maltese heritage! Whether you’re a beginner or have some prior knowledge, these interactive courses are designed to help you grow your understanding of the Maltese language.

Course Options

➡️ MQF Level 1: Tuesday & Friday, 08:00 - 11:00 CET or Tuesday & Friday, 16:30 - 19:30 CET (starting June 2, for 28 lessons)

➡️ MQF Level 2: Tuesday & Friday, 12:30 - 15:30 CET or Tuesday & Friday, 16:30 - 19:30 CET (starting June 2, for 28 lessons)


Apply here: : https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=9dnNNLhdvEmsugH2XMpoDSLTiBixBi5IpT7yBXS0wLNUMjlHSU1WOTZKMlMzWVhKNklZT0xaUlBWNS4u

Deadline to Apply: 19 April 2026

Share your thoughts on the playground design and equipment options in an online survey by March 27, 2026 https://www.tor...
03/18/2026

Share your thoughts on the playground design and equipment options in an online survey by March 27, 2026
https://www.toronto.ca/city-government/planning-development/construction-new-facilities/park-facility-projects/malta-park-playground-improvements/

Take a short online survey to help improve Malta Park playground!

Survey link: https://www.toronto.ca/city-government/planning-development/construction-new-facilities/park-facility-projects/malta-park-playground-improvements/

The City is improving the playground in Malta Park, near Dundas St W and St Johns Rd.

See playground design options and share your feedback to help shape the future of Malta Park playground. If you have kids in your home, we encourage you to complete the survey together.

Survey closes Friday, March 27.

Image: swings, monkey bars and teeter totter on a sandy play surface at Malta Park.

An interesting article by Dan Brock in the Sunday Times of Malta of February 1, 2026.
02/02/2026

An interesting article by Dan Brock in the Sunday Times of Malta of February 1, 2026.

A truly insightful story by Dan Brock in The Times of Malta, 24.12.2025. Maltese-Canadian Museum St. Paul the Apostle Ma...
12/24/2025

A truly insightful story by Dan Brock in The Times of Malta, 24.12.2025. Maltese-Canadian Museum
St. Paul the Apostle Maltese-Canadian Parish
The Maltese Canadian Cultural Association

🇲🇹  MESSAĠĠ MILL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA LILL-KOMUNITAJIET MALTIN LI JGĦIXU LIL HINN MINN XTUTNA – DIĊEMBRU 2025Għeżi...
12/23/2025

🇲🇹 MESSAĠĠ MILL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA LILL-KOMUNITAJIET MALTIN LI JGĦIXU LIL HINN MINN XTUTNA – DIĊEMBRU 2025

Għeżież ċittadini Maltin, kemm dawk fl-Ewropa kif ukoll f’kontinenti iżjed imbegħda,

Hekk kif ninġabru biex niċċelebraw il-ferħ ta’ dawn iż-żminijiet tal-Milied, nixtieq nestendi l-awguri mill-qalb lilkom, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunitajiet Maltin li tgħixu barra minn xtutna. Dan iż-żmien tas-sena jirrappreżenta l-għaqda u dak li jsawwar l-identità tagħna. Minkejja d-distanzi fiżiċi ta’ bejnietna, l-ispirtu tal-Milied iressaqna lejn xulxin għax ifakkarna fir-rabtiet profondi li jorbtuna flimkien bħala familja waħda Maltija mxerrda mad-dinja kollha.

Inħarsu lejn din is-sena bħala waħda li biha komplejna nimbuttaw riformi u nsaħħu l-qagħda ta’ pajjiżna għall-ġid tal-poplu tagħna. Konna fuq quddiem nadvokaw għall-paċi fid-diversi rwoli li kellna mal-komunità internazzjonali, mhux biss fil-Presidenza li kellna għal sitt xhur tal-Kunsill tal-Ewropa iżda fil-laqgħa li kellna anki lil hinn min xtutna, imbuttajna kemm flaħna favur it-triq tad-djalogu biex partikularment fir-reġjun tagħna tal-Mediterran, iżda anki lil hinn, issaltan tassew il-paċi, dik li hi ċ-ċavetta għall-prosperità tal-umanità.

Il-ħidma tagħna se tibqa’ ffukata dwar il-paċi globali u persważ li l-vuċi ta’ Malta se tkompli tiġi mismugħa fuq kwistjonijiet kruċjali, mill-promozzjoni għall-paċi u l-medjazzjoni sat-tisħiħ tar-rabtiet diplomatiċi madwar il-kontinenti. L-identità ta’ Malta hija mibnija fuq valuri ta’ reżiljenza, rispett, u kompassjoni, valuri li jibqgħu jeżistu kull fejn il-poplu tagħna iqis bħala daru.

Kburin li aħna Maltin u dan il-fatt jestendi lil hinn minn xtutna. Inħossni tassew kburi b’kull ċittadin li jonora u jħaddan it-tradizzjonijiet tagħna lil hinn minn pajjiżna. F’kull rokna tad-dinja, mill-Awstralja sal-Kanada, mill-Istati Uniti sar-Renju Unit, il-komunitajiet Maltin qed jgħaddu it-tradizzjonijiet Maltin tagħhom billi jippreservaw l-ilsien Malti u billi jżommu d-drawwiet ta’ art twelidhom ħajjin.

Lill-komunitajiet Maltin kollha barra minn Malta, aħna grati għall-isforzi tagħkom biex l-identità Maltija tibqa’ ħajja u tiffjorixxi. Permezz ta’ organizzazzjonijiet komunitarji, assoċjazzjonijiet kulturali, u inizjattivi bħall-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra, qegħdin iżżommu l-ispirtu Malti ħaj u dinamiku, u qed isservu bħala rabta bejn il-ġenerazzjonijiet u saħansitra l-pajjiżi. Id-dedikazzjoni tagħkom lejn il-kultura u l-valuri ta’ din il-gżira ssaħħaħ lid-dijaspora tagħna u tafferma
mill-ġdid ir-rabtiet dejjiema tal-identità Maltija.

Il-Milied huwa żmien biex nirriflettu fuq dawn ir-rabtiet, biex niltaqgħu mal-familja u mal-ħbieb, u biex niċċelebraw il-valuri kruċjali li jiddefinixxu l-komunità tagħna: l-imħabba u r-rispett. Huwa wkoll żmien li jfakkarna biex naħsbu u ngħinu lil dawk inqas ixxurtjati minna u li nżommu dan l-ispirtu ta’ ġenerożità u mogħdrija matul is-sena kollha.

Hekk kif qed niċċelebraw dan iż-żmien ta’ festi, nemmen li l-għaqda ta’ bejnietna tkompli ssaħħaħ il-familja Maltija globali tagħna.
Flimkien ma’ marti Lydia u binti Giorgia-Mae, nawguralkom ilkoll l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u sena ġdida mimlija riżq, saħħa u paċi.

🇨🇦 MESSAGE FROM THE PRIME MINISTER ROBERT ABELA TO THE MALTESE COMMUNITIES LIVING ABROAD - DECEMBER 2025

Dear Maltese citizens,

As we come together to celebrate the joy of this Christmas season, I extend my warmest and most heartfelt greetings to you all, both as individuals and as Maltese communities living across the world. This time of year, embodies unity and reflects the values that shape our identity. Though many miles may separate us, the spirit of Christmas draws us closer, reminding us of the profound ties that bind us as one Maltese family scattered across the globe.

We look back on this past year as one in which we continued to drive forward meaningful reforms and strengthen our nation for the benefit of our people. Malta has remained at the forefront in advocating for peace through our various contributions within the international community. Our efforts extended well beyond our six-month Presidency of the Council of Europe, reaching other shores where we championed dialogue as the true path to peace, particularly within our Mediterranean region, but also far beyond it.

Our commitment to global peace will remain steadfast. I am confident that Malta’s voice will continue to be heard on vital issues: from promoting peace and mediation to strengthening diplomatic ties across continents. The identity of our nation is built on resilience, respect, and compassion, values that endure wherever Maltese people call home.

We take great pride in being Maltese, a pride that extends far beyond our shores. I am deeply moved by every citizen who continues to honour our traditions while living abroad.

To all Maltese communities living overseas, we express our sincere gratitude. Your dedication ensures that the Maltese identity continues to thrive. You serve as a bridge between generations and between nations, strengthening our diaspora and reaffirming the enduring bonds that define who we are.

Christmas is a time to reflect on these bonds. To reconnect with family and friends and to celebrate the values that unite us: love, respect, and solidarity. I wish each and every one of you a blessed Christmas and a New Year filled with prosperity, good health, and peace.

12/23/2025

🇲🇹 Il-Messaġġ Uffiċjali tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena mill-Onorevoli Dr Ian Borg, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

🇨🇦 The Official Christmas and New Year's Message from the Hon Dr Ian Borg, Deputy Prime Minister and Minister for Foreign Affairs and Tourism, to the Maltese living abroad.

12/22/2025

🇲🇹 Messaġġ tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena mill-ET Il-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono lill-Maltin li jghixu barra minn Malta.

🇨🇦 Christmas and New Year's Message from HE The President of Malta, Myriam Spiteri Debono, to the Maltese living abroad.

Address

3280 Bloor Street W. , Suite 1060 Centre Tower 10th Floor
Central Etobicoke, ON
M8X2X3

Opening Hours

Monday 9am - 12pm
1pm - 4:30pm
Tuesday 9am - 12pm
1pm - 4:30pm
Wednesday 9am - 12pm
1pm - 4:30pm
Thursday 9am - 12pm
1pm - 4:30pm
Friday 9am - 12pm
1pm - 4:30pm

Telephone

+14372938720

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Consulate General of Malta in Toronto posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organization

Send a message to Consulate General of Malta in Toronto:

Share