16/06/2026
📍Il-ġimgħa li għaddiet (11-12 ta' Ġunju) il-Ministri tal-Finanzi tal-UE ltaqgħu fil-🇱🇺 Lussemburgu biex jindirizzaw xi wħud mill-isfidi ekonomiċi u finanzjarji ta' prijorità għolja li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea f'dan il-mument 🇪🇺
🇲🇹 Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana.
📊 Il-governanza ekonomika kienet prijorità fl-aġenda fil-Kunsill ECOFIN (12 ta' Ġunju), hekk kif il-Ministri ttrattaw il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew - li jivvaluta kemm l-Istati Membri jwettqu tajjeb mill-perspettiva ekonomika.
✅ Il-prestazzjoni ekonomika qawwija ta' f'dawn l-aħħar snin ippermettilha tnaqqas id-defiċit tagħha taħt il-limitu ta' referenza ta' 3% tal-PDG. B'riżultat ta' dan, il-Kunsill ta l-approvazzjoni tiegħu għall-għeluq tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv li tikkonċerna lil Malta 👏
🌿 Il-Ministri ddiskutew ukoll il-Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera CBAM – għodda mmirata biex tappoġġja l-objettivi klimatiċi tal-UE u tipprevjeni t-tnixxija tal-karbonju.
🇲🇹 Malta affermat mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-objettivi tas-CBAM, iżda enfasizzat li kwalunkwe estensjoni għandha tibqa' proporzjonata, ibbażata fuq evidenza konkreta, u vvalutata bir-reqqa - partikolarment fir-rigward ta' kwalunkwe impatt fuq pajjiżi żgħar u dipendenti fuq l-importazzjoni bħal Malta, kif ukoll il-konsumaturi u n-negozji tagħna.
📈 Il-Ministri ddiskutew ukoll il-Pakkett ta' Integrazzjoni u Superviżjoni tas-Suq, li għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament, jinkoraġġixxi l-investiment u jsaħħaħ is-swieq tal-Ewropa.
⚖️ Malta enfasizzat l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe qafas superviżorju ġdid jibqa' ġust u proporzjonat, filwaqt li jippreserva rwol b'saħħtu għall-awtoritajiet nazzjonali. Kwalunkwe espansjoni tar-responsabbiltajiet tal-UE trid tkun appoġġjata minn finanzjament ċar u sostenibbli.
💶 Il-ġurnata ta' qabel, il-Ministri ffokaw fuq is-sigurtà ekonomika u tal-enerġija waqt il-laqgħa tal-Eurogroup (11 ta' Ġunju), fejn id-diskussjonijiet iffokaw fuq l-iżviluppi fil-Lvant Nofsani.
🛡️ Huma enfasizzaw l-importanza li jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, tissaħħaħ l-infrastruttura tal-enerġija u l-interkonnessjonijiet, jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista, u tiġi żgurata enerġija affordabbli u affidabbli għaċ-ċittadini u n-negozji.
----
📍Last week (11-12 June) Ministers gathered in 🇱🇺 to tackle some of the top-priority economic and financial challenges facing the European Union at this moment 🇪🇺
🇲🇹 was represented by the Minister for Finance, Clyde Caruana.
📊 Economic governance was high on the agenda at the Council (12 June), as Ministers tackled the European Semester Spring Package - which assesses how well Member states perform from the economic perspective.
✅ ’s strong economic performance in recent years enabled it to reduce its deficit below the reference threshold of 3% of GDP. As a result, the Council gave its green light for the closure of the excessive deficit procedure concerning Malta 👏
🌿 Ministers also discussed the Carbon Border Adjustment Mechanism – a tool aimed at supporting the EU’s climate objectives and preventing carbon leakage.
🇲🇹 Malta reaffirmed its support for CBAM’s objectives, but stressed that any extensions should remain proportionate, based on concrete evidence, and carefully assessed - particularly with regard to any impact on small and import-dependent counties like Malta, as well as our consumers and businesses.
📈 Ministers also discussed the Market Integration and Supervision Package, which aims at improving access to financing, encouraging investment and strengthening Europe’s markets.
⚖️ Malta emphasised the importance of ensuring that any new supervisory framework remains fair and proportionate, while preserving a strong role for national authorities. Any expansion of EU responsibilities must be backed by clear and sustainable funding.
💶 The day before, Ministers focused on economic and energy security during the meeting (11 June), where discussions focused on developments in the Middle East.
🛡️ They stressed the importance of reducing strategic dependencies, strengthening energy infrastructure and interconnections, diversifying supply sources, and ensuring affordable and reliable energy for citizens and businesses.