08/06/2026
On the occasion of His Majesty King Charles III’s Official Birthday, the Consulate General of Malta in Sydney extends its best wishes to His Majesty.
Each year, the King’s Birthday Honours List recognises Australians who have made outstanding contributions to their communities, professions and the nation. This year, 949 Australians were honoured for their service, achievement and dedication across a wide range of fields.
The Consulate General of Malta in Sydney congratulates all recipients of the 2026 King’s Birthday Honours and takes this opportunity to acknowledge the many Australians of Maltese heritage who have been recognised over the years, reflecting the significant and enduring contribution of the Maltese community across NSW and throughout Australia.
Happy King’s Birthday.
See the full list of 2026 Honours here: www.gg.gov.au/australia-day-2026-honours-list
*
Fl-Okkażjoni tal-Jum Uffiċjali tat-Twelid ta’ Maestà Tiegħu r-Re Karlu III, il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta ġewwa Sydney jesprimi l-isbaħ xewqat lil Maestà Tiegħu.
Kull sena, il-Lista tal-Unuri f’Jum it-Twelid tar-Re tagħti ġieħ lil Awstraljani li jkunu ddistingwew ruħhom permezz tas-servizz, il-kisbiet u d-dedikazzjoni tagħhom lejn il-komunità, il-professjoni u l-pajjiż. Din is-sena, 949 persuna ngħataw rikonoxximent għall-kontribut eċċezzjonali tagħhom f’firxa wiesgħa ta’ oqsma.
Nifirħu lir-riċevituri kollha tal-Unuri tal-2026 u nieħdu din l-opportunità biex insellmu lill-ħafna Awstraljani ta’ nisel Malti li matul is-snin ingħataw dan ir-rikonoxximent prestiġjuż, xhieda tal-kontribut importanti u dejjiemi li l-komunità Maltija tat u għadha tagħti fi NSW u madwar l-Awstralja.
Nawguraw lil Maestà Tiegħu r-Re Karlu III kull ġid u saħħa f’din l-okkażjoni speċjali.
Ara l-lista tal-Unuri tal-2026 hawnhekk: www.gg.gov.au/australia-day-2026-honours-list