Kumitat Sezzjonali P.N - Mqabba

Kumitat Sezzjonali P.N - Mqabba L-Għan ewlieni ta' din il-paġna hija biex inwasslu l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista

Il-liġijiet elettorali ta’ Malta jiddikjaraw b’mod strett li fil-jum ta’ qabel elezzjoni, ħadd u l-ebda entità ma tista’...
07/06/2026

Il-liġijiet elettorali ta’ Malta jiddikjaraw b’mod strett li fil-jum ta’ qabel elezzjoni, ħadd u l-ebda entità ma tista’ tidħol f’attivitajiet jew f’avviżi li jistgħu jaffettwaw direttament jew indirettament lill-votanti.

Lawrence Mizzi, c-chairman ta' Resource Support & Services Ltd (RSSL) u missier l-eks ministru Konrad Mizzi, jinsab taħt investigazzjoni għal ksur tal-liġijiet elettorali wara ittra kontroversjali mibgħuta lill-impjegati pubbliċi lejliet l-elezzjoni ġenerali.

Illum is-Sette Giugno.Il-festa t-tajba lil kulħadd .
07/06/2026

Illum is-Sette Giugno.
Il-festa t-tajba lil kulħadd .

Fil-waqt li l-Kumitat Sezzjonali PN Mqabba jirringrazzja lil Dun Blake Camilleri għall-ħidma tiegħu fostna l-Imqabbin tu...
07/06/2026

Fil-waqt li l-Kumitat Sezzjonali PN Mqabba jirringrazzja lil Dun Blake Camilleri għall-ħidma tiegħu fostna l-Imqabbin tul dawn l-aħħar snin, jilqà li Dun Martin Borg bħala l-Kappillan il-ġdid ta’raħalna.

Il-Ħadd it-tajjeb ħbieb
07/06/2026

Il-Ħadd it-tajjeb ħbieb

STQARRIJA TAL-PARTIT NAZZJONALISTA – 06/06/2026NIRRIKONOXXU R-RIEDA TAL-POPLU IMMA NAGĦRFU L-KISBIET LI GĦAMILNA U NKOMP...
06/06/2026

STQARRIJA TAL-PARTIT NAZZJONALISTA – 06/06/2026

NIRRIKONOXXU R-RIEDA TAL-POPLU IMMA NAGĦRFU L-KISBIET LI GĦAMILNA U NKOMPLU NISSAĦĦU

Il-Kap tal- Partit Nazzjonalista Alex Borg jgħid li f’ġimgħa aktar minn 800 persuna offrew li jgħinu lill-Partit Nazzjonalista u daħlu aktar minn 1,000 suġġeriment dwar kif il-PN jista’ jkompli jtejjeb il-ħidma tiegħu

Nirrikonoxxu dak li jrid il-poplu imma rridu nagħrfu wkoll il-kisbiet li għamilna. Il-poplu qed jerġa’ jara tama qawwija fil-Partit Nazzjonalista u dak li ġara fl-aħħar ġranet iqawwili qalbi. Wara r-riżultat elettorali mijiet ta’ nies urew ix-xewqa li jissieħbu mal-PN bħala voluntiera u daħlu mal-1,000 suġġeriment dwar kif il-Partit Nazzjonalista jista’ jkompli jtejjeb il-ħidma tiegħu.

Intervistat mill-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ NET News Robert CREMONA fuq NET FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg dalgħodu qal li fl-ewwel jiem wara l-elezzjoni, aktar minn 800 persuna offrew il-ħin tagħhom biex jgħinu lill-PN, filwaqt li ħafna qed jibagħtu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar kif il-Partit jista’ jkompli jissaħħaħ.

Dan, qal Alex Borg, ikompli juri kif in-nies qed jaraw fil-Partit Nazzjonalista tama ġdida għall-bidla li trid isseħħ.

Waqt din l-intervista l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-kampanja pożittiva li ħadem biha l-PN fl-aħħar ġimgħat trid tibqa’ tkun it-timbru li biha jimxu kemm hu bħala Kap kif ukoll id-deputati u r-rappreżentanti tal-Partit u qal li l-kuntatt man-nies irid jibqa’ xi ħaġa kontinwa u konsistenti matul il-leġiżlatura kollha. Din, qal Alex Borg, hija l-politika tan-nies.

Filwaqt li l-PN tilef l-elezzjoni, ir-reazzjoni li kien hemm wara r-riżultat kienet waħda eċċezzjonali li turi kemm in-nies huma għatxana għal Partit Nazzjonalista dejjem aktar imsaħħaħ, u aħna għandna l-obbligu li naħdmu b’aktar enerġija.

Alex Borg qal li hu lest ikompli jservi bħala Kap tal-Partit Nazzjonlista jekk ikollu l-fiduċja tat-tesserati, iżda hemm process li jrid isir skont l-istatut u li jrid jieħu l-kors tiegħu.

Dwar l-għażla li jżomm it-13-il distrett, il-Kap tal-PN qal li hu ried juri lill-Għawdxin li hu magħhom mhux biss bil-kliem imma bil-fatti. Huwa sostna li għandu s-serħan il-moħħ li l-istatut jippermetti dan.

Mistoqsi dwar l-elezzjoni bikrija, Alex Borg qal li bla dubju li Robert Abela għażel li jmur għal elezzjoni sena qabel għax kien jaf li l-PN kien qed jagħmel avvanzi kbar. Hu sostna li r-riżultat elettorali kkonferma li r-raġuni vera ma kellha xejn x’taqsam mas-sitwazzjoni internazzjonali imma kienet marbuta mal-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u din il-ħidma se tkompli għaliex il-PN, illum aktar minn qatt qabel, huwa a government in waiting.

Alex Borg ikkritika l-mod kif il-Partit Laburista fil-Gvern abbanduna lin-nies fl-aktar affarijiet bażiċi u fid-drittijiet tagħhom imma lejliet l-elezzjoni ftakar f’dawk li nesa u beda juża l-power of incumbency biex jagħmel dak li messu għamel snin ilu.

Mistoqsi dwar il-Kabinett, Alex Borg feraħ lill-membri kollha li ntgħażlu biex iservu u awguralhom ħidma siewja għall-ġid tal-pajjiż, iżda b’referenza għal Chris Fearne qal li ma jistax ma jkunx imħasseb bil-fatt li persuna li għadha akkużata kriminalment ingħatat kariga daqshekk importanti. Hu qal li filwaqt li jawgura li Fearne jinstab innoċenti, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ impenjat favur politika nadifa, trasparenza u governanza tajba.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jgħid li l-kampanja pożittiva tal-Partit Nazzjonalista se tissarraf f’aktar kuntatt man-nies matul il-ħames snin li ġejjin.

“L-enerġija li rajt fin-nies, mhux biss qabel u waqt il-kampanja, imma aktar u aktar issa li għaddiet l-elezzjoni, tkompli timlieni b’kuraġġ u tama li l-Partit Nazzjonalista se jasal biex dan il-proġett li bdejna, inwettquh għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin”.

• Idħol f’dawn il-links biex tkun tista’ tkun parti mill-mixja magħna.
- Applikazzjoni ta’ voluntier
bit.ly/ApplikagħalVoluntier
- Feedback wara l-elezzjoni
bit.ly/FeedbackElezzjoni

Il-jum it-tajjeb ħbieb
06/06/2026

Il-jum it-tajjeb ħbieb

05/06/2026
04/06/2026

Nawguraw lill-istudenti kollha li qegħdin jagħmlu l-eżamijiet.

Il-jum it-tajjeb ħbieb.
04/06/2026

Il-jum it-tajjeb ħbieb.

Address

Partit Nazzjonalista, 10 Pjazza Tal-Knisja
Zejtun
1012

Telephone

+35679703891

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kumitat Sezzjonali P.N - Mqabba posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share