Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Partit Nazzjonalista, Political Party, Partit Nazzjonalista, Pietà.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista llejla approva l-proċess biex – kif jipprovdi l-Istatut tal-PN – il-Kunsil...
11/06/2026

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista llejla approva l-proċess biex – kif jipprovdi l-Istatut tal-PN – il-Kunsill Ġenerali tal-PN jaħtar jew jikkonferma lill-Kap tal-Partit wara l-elezzjoni ġenerali li saret nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju.

F’laqgħa li saret illejla l-Eżekuttiv iddeċieda li dan il-Kunsill Ġenerali msejjaħ skont l-Istatut għandu jiftaħ nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju wara li fil-ġimgħa ta’ qabel jitlaqqgħu l-Assemblej Ġenerali tal-PN biex jiddiskutu r-riżultat elettorali.

Dan il-Kunsill imbagħad jinkariga lill-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN biex tibda l-proċess tal-ħatra ta’ Kap tal-Partit. Il-Kunsillieri tal-PN se jkollhom ukoll quddiemhom rapport dwar ir-riżultat miksub mill-PN fl-elezzjoni ġenerali li se jkun qed jitfassal wara d-diskussjoni li se ssir fl-Assemblej.

11/06/2026

Mil-lum irridu nkomplu naħdmu biex il-PN ikun aktar viċin in-nies. Jien se nkun magħkom. Ma naqtgħu qalbna qatt.

09/06/2026

Il-Partit Nazzjonalista huwa partit ħaj mimli enerġija. Għalhekk qed inkomplu naħdmu biex inkomplu nissaħħu. Agħti sehmek int ukoll.

Applika biex tkun voluntier 👉 pn.org.mt/voluntiera-2026

Agħtina s-suġġerimenti tiegħek 👉 pn.org.mt/feedback2026

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li l-elezzjonijiet każwali biex jimtlew is-seba' siġġijiet li ċedew il-Kap tal-Partit ...
08/06/2026

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li l-elezzjonijiet każwali biex jimtlew is-seba' siġġijiet li ċedew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u sitt Deputati tal-PN eletti minn żewġ distretti fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt 30 ta' Mejju se jsiru nhar it-Tlieta 16 ta' Ġunju mid-9am 'il quddiem. Ir-Writ biex ikunu jistgħu jsiru dawn l-elezzjonijiet kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.

Il-Kummissjoni se tkun qed tilqa' n-nominazzjonijiet tal-kandidati eliġibbli bejn għada t-Tlieta u nhar is-Sibt li ġej 13 ta' Ġunju bejn id-9am u 12pm.

L-elezzjonijiet każwali se jsiru fit-Tielet, il-Ħames, is-Seba' (żewġ elezzjonijiet), l-Għaxar (żewġ elezzjonijiet) u t-Tnax-il Distrett Elettorali.

Nirrikonoxxu r-rieda tal-poplu, imma nagħrfu wkoll il-kisbiet li għamilna u l-fiduċja ġdida li qed tinbena fil-Partit Na...
06/06/2026

Nirrikonoxxu r-rieda tal-poplu, imma nagħrfu wkoll il-kisbiet li għamilna u l-fiduċja ġdida li qed tinbena fil-Partit Nazzjonalista.

Waqt intervista li saritlu mill-Kap tal-Aħbarijiet ta’ NET News Robert Cremona fuq NET FM, il-Kap tal-PN Alex Borg qal li fl-ewwel ġimgħa wara l-elezzjoni, aktar minn 800 persuna offrew il-ħin tagħhom biex jgħinu lill-PN, filwaqt li daħlu aktar minn 1,000 suġġeriment dwar kif il-Partit jista’ jkompli jissaħħaħ u jtejjeb il-ħidma tiegħu.

Dan hu sinjal ċar li ħafna Maltin u Għawdxin qed jaraw fil-Partit Nazzjonalista tama ġdida u forza pożittiva għall-bidla li pajjiżna għandu bżonn.

Il-kampanja pożittiva li mexxejna trid tkompli tissarraf f’aktar kuntatt man-nies, aktar smigħ, aktar ħidma u aktar enerġija matul il-leġiżlatura kollha.

Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jissaħħaħ, jinfetaħ aktar għan-nies u jaħdem biex ikun il-gvern alternattiv li Malta u Għawdex għandhom bżonn.

Intervista mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg. Segwu live fuq NET FM fil-11:30am.
06/06/2026

Intervista mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Segwu live fuq NET FM fil-11:30am.

Wara l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg, flimkien ma’ sitt Membri Parla...
05/06/2026

Wara l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg, flimkien ma’ sitt Membri Parlamentari oħra tal-Partit Nazzjonalista, ġew eletti bħala Membri Parlamentari minn żewġ distretti.

Wara li sar il-proċess biex jiġu deċiżi dawk id-distretti li għandhom iċedu d-Deputati eletti minn żewġ distretti, il-Partit Nazzjonalista qed jikkomunika liema se jkunu dawn id-distretti elettorali fejn iridu jsiru l-elezzjonijiet każwali.

🔵 Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg ġie elett mit-12 u t-13-il distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu fuq it-12-il distrett elettorali.

🔵 Stephen Spiteri ġie elett mit-2 u t-3 distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu fuq it-3 distrett elettorali.

🔵 Mark Anthony Sammut ġie elett mir-4 u l-10 distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu tal-10 distrett elettorali.

🔵 Conrad Borg Manché ġie elett mill-5 u l-10 distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu fuq il-5 distrett elettorali.

🔵 Adrian Delia ġie elett fuq is-7 u t-8 distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu tas-7 distrett elettorali.

🔵 Rebekah Borg ġiet eletta mis-7 u l-11-il distrett, u se tkun qed iċċedi s-siġġu fuq is-7 distrett elettorali.

🔵 Joe Giglio ġie elett fuq id-9 u l-10 distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu tal-10 distrett elettorali.

Dan jiftaħ it-triq biex ikunu jistgħu jsiru l-elezzjonijiet każwali fuq dawn id-distretti li ġew ċeduti.

04/06/2026

F’inqas minn 6️⃣ sigħat ilbieraħ irċevejna iktar minn 5️⃣0️⃣0️⃣ applikazzjoni mingħand persuni li jixtiequ jagħtu sehemhom bħala voluntieri mal-PN. 😮

Fil-jiem u ġimgħat li gejjin se nagħmlu kuntatt magħkom biex kulħadd ikollu sehem f'dan il-kapitlu ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Sadanittant, komplu segwuna! 😉

Applikazzjoni ta’ voluntier
👉 bit.ly/ApplikagħalVoluntier

Feedback wara l-elezzjoni
👉 bit.ly/FeedbackElezzjoni

03/06/2026

Il-ħidma tagħna ma waqfitx.

Permezz ta’ dawn il-links, int tista’ tkun parti mill-mixja magħna.

Applikazzjoni ta’ voluntier
👉 bit.ly/ApplikagħalVoluntier

Feedback wara l-elezzjoni
👉 bit.ly/FeedbackElezzjoni

Fl-elezzjoni ġenerali ta' nhar is-Sibt li għadda, imsejħa sena qabel żmienha u wara biss ftit xhur ta' Alex Borg bħala K...
02/06/2026

Fl-elezzjoni ġenerali ta' nhar is-Sibt li għadda, imsejħa sena qabel żmienha u wara biss ftit xhur ta' Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-PN tejjeb il-pożizzjoni tiegħu u naqqas id-distakk għal 21,721 vot jew 7.1% fuq l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali 2026 juri li l-Partit Laburista qed imexxi l-gvern b'maġġoranza ta' ftit aktar minn 10,000 vot fuq il-partiti l-oħra.

𝐏𝐍 𝟏𝟑𝟔,𝟕𝟐𝟑 𝐯𝐨𝐭 (𝟒𝟒.𝟕%)
𝐏𝐋 𝟏𝟓𝟖,𝟒𝟒𝟒 𝐯𝐨𝐭 (𝟓𝟏.𝟖%)
𝐀𝐃𝐏𝐃 𝟑,𝟗𝟗𝟔 𝐯𝐨𝐭 (𝟏.𝟑%)
𝐌𝐨𝐦𝐞𝐧𝐭𝐮𝐦 𝟒,𝟕𝟎𝟎 𝐯𝐨𝐭 (𝟏.𝟓%)
𝐀ħ𝐰𝐚 𝐌𝐚𝐥𝐭𝐢𝐧 𝟏,𝟖𝟒𝟓 𝐯𝐨𝐭 (𝟎.𝟔%)
𝐈𝐦𝐩𝐞𝐫𝐢𝐮𝐦 𝐄𝐮𝐫𝐨𝐩𝐚 𝟏𝟔𝟕 𝐯𝐨𝐭 (𝟎.𝟏%)
𝐈𝐧𝐝𝐢𝐩𝐞𝐧𝐝𝐞𝐧𝐭𝐢 𝟏𝟔𝟏 𝐯𝐨𝐭 (𝟎.𝟏%)

Ir-riżultat tas-Sibt juri li l-PN żied l-appoġġ fid-distretti kollha, waqt li l-Labour naqqas f'kull distrett. B'diversi swings favur il-Partit Nazzjonalista - l-akbar waħda f'Għawdex - ir-riżultat juri ċaqliq favur il-Partit Nazzjonalista u tnaqqis għall-Partit Laburista kullimkien.

B'kollox il-PN żied il-voti bi 13,490 (2.9%) waqt li l-Labour naqqas b'4,263 (3.3%) li jfisser swing ta' aktar minn 17,700 vot (6.2%) favur il-Partit Nazzjonalista.

Distrett 1 PN ⬆️+4.4%, PL 🔻-4.8%
Distrett 2 PN ⬆️+3.4%, PL 🔻-4.0%
Distrett 3 PN ⬆️+2.9%, PL 🔻-3.5%
Distrett 4 PN ⬆️+3.0%, PL 🔻-3.2%
Distrett 5 PN ⬆️+3.7%, PL 🔻-4.3%
Distrett 6 PN ⬆️+3.0%, PL 🔻-4.0%
Distrett 7 PN ⬆️+2.1%, PL 🔻-2.3%
Distrett 8 PN ⬆️+1.7%, PL 🔻-2.3%
Distrett 9 PN ⬆️+0.1%, PL 🔻-1.1%
Distrett 10 PN ⬆️+2.2%, PL 🔻-2.7%
Distrett 11 PN ⬆️+2.1%, PL 🔻-1.8%
Distrett 12 PN ⬆️+3.1%, PL 🔻-3.9%
Distrett 13 PN ⬆️+5.4%, PL 🔻-4.7%

Address

Partit Nazzjonalista
Pietà
PTA1450

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Partit Nazzjonalista posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Partit Nazzjonalista:

Share