05/05/2026
The Court of Appeal has annulled the EPRT’s decision on the proposed hotel and bungalow redevelopment on Comino. The Court found that the Tribunal did not properly assess the required environmental and planning considerations for a Natura 2000 site.
The case has now been sent back for a full rehearing, and the previously approved permit cannot stand.
This judgment confirms that any development on Comino must undergo strict, lawful, and comprehensive evaluation in line with its protected status.
Aħbar kbira dalgħodu❗Il-Qorti għadha kemm ħassret id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ippjanar (EPRT) li kienet ikkonfermat il-permess tal-PA lil Hili Group sabiex jibnu lukanda ta’ 140 kamra, 16-il villa, u 44 pixxina fuq ir-riżerva naturali ta' Kemmuna.
Il-ġlieda tagħna, u ta' għaqdiet oħra, sabiex insalvaw lil Kemmuna mir-regħba ilha għaddejja sitt snin sħaħ. Kien biss grazzi għall-kontribut tal-pubbliku li stajna nkomplu niġġieldu fil-Qrati d-deċiżjonijiet imħassra tal-PA u tat-Tribunal tal-Ippjanar.
🔵 Illum, dan l-isforz kollettiv, ħareġ rebbieħ. Issa t-Tribunal irid jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu li kienet ikkonfermat il-permess tal-PA.
Dr Claire Bonello rrappreżentatna fl-każ. Il-Perit Tara Cassar assistiet fih.
Huwa tal-biki li jkollna nitħabtu bla waqfien sabiex nipproteġu lill-pajjiżna mill-awtoritajiet li suppost iħarsuh. U, saħansitra, pruvaw iwaqqfuna milli nagħmlu dan bl-hekk imsejħa "riforma fl-ippjanar" li, kieku għaddiet, kienet se tagħmilha impossibbli għalina li nkomplu niġġieldu każ bħal dan.
Iżda l-istorja tkompli turina li l-ġliedet tal-poplu favur ġustizzja għal artu jħallu l-frott tagħhom.
Il-ġlieda tkompli.
Read in English in the combents below.